Ippjanar u bini
AĠĠORNAT: Miċħud il-permess tal-estensjoni tal-AUM

L-American University of Malta se jkollha ssib triq oħra għall-estensjoni tal-kampus tagħha f’Bormla wara l-Bord tal-Ippjanar irrifjuta l-proġett propost.

Il-proposta li fl-aħħar jiem qajmet protest u għadab mir-residenti tal-Kottonera ġiet rifjutata b’vot unanimu. Il-bord qies li l-estensjoni proposta fix-xatt ta’ Bormla kienet se tkun ta’ theddida għad-dehra tas-swar tal-Isla u l-madwar anke jekk l-iżvilupp propost kien skont il-linji gwida li kienu ħarġu 15-il sena ilu. Sostna li r-realtajiet inbidlu minkejja li l-iżviluppaturi sostnew li l-applikazzjoniji saret skont dawk il-kritejri.

Kelliem għall-bord tad-diretturi tal-American University of Malta qal li wara d-deċiżjoni tal-llum ser tkun qiegħda titkellem mar-residenti tal-Kottonera dwar il-proġetti li tista’ tagħmel fil-Kottonera.

“Of course we are still standing still in collaborating with everyone here, the Government, the representatives of the communities. We tend to listen and will keep listening since 2015. Others criticized this project as they thought it was a speculative one, now they know it is a university so everyone knows it is not a speculative project,” qal Yousef Alhroub, strateġik advisor tal-Università Amerikana.

Ir-rifjut tal-permess intlaqa’ b’mod pożittiv minn diversi membri tal-pubbliku, fosthom attivisti tal-grupp ‘Tuna Artna Lura’, li twaqqaf dan l-aħħar biex joppondi dan il-proġett.

Filfatt, Dione Caruana minn dan il grupp qal li “ir-reidenti għandhom ikunu prijorità, iġifieri jekk huma qegħdin hemm, aħna u huma irridu naħdmu flimkien. L-ambjent hu tar-residenti, aħna konna hemm qabilhom, iġifieri l-post irid jiġi rijabilitat biex aħna jkollna aċċess u forsi playing field għat-tfal. Kulħadd jaf il-problemi soċjali li hemm il-Kottonera.”

Sadanittant, l-American University of Malta qiegħda tikkunsidra x’ser ikun il-pass li jmiss għall-estensjoni tal-kampus fil-Kottonera.

Ara wkoll:

Residenti tal-Kottonera qed jopponu l-proġett f’parkeġġ pubbliku fl-Isla