Lokali
Il-Fondazzjoni Agara tirbaħ il-Premju Żagħżugħ 2017

Il-Fondazzjoni Agara hija r-rebbieħa tal-Premju Żagħżugħ 2017.

Il-grupp Fondazzjoni Agara ġie mwaqqaf fl-2014 wara li żewġ żgħażagħ kellhom esperjenza ta’ volontarjat fl-Etjopja u ddeċidew li jiftħu iżjed il-ħidma volontarja tagħhom u jesploraw metodi moderni fil-qasam tal-volontarjat u t-teknoloġija.

Fl-Etjopjan, l-isem Agara jfisser “Nimxu Flimkien”, u dan huwa rifless kemm fl-eblema kif ukoll fil-viżjoni tal-grupp, għax l-għan tiegħu huwa li jimxi flimkien ma’ individwi jew komunitajiet diversi bla ebda diskriminazzjoni jew distinzjoni.

Agara jissapportjaw komunitajiet madwar id-dinja, fosthom fil-Kenja, fl-Etjopja, fil-Libanu,fir-Rumanija, fil-Perù kif ukoll f’Malta stess.

Il-Fondazzjoni taħdem bis-sħiħ biex toħloq kuxjenza u jwasslu l-vuċi ta’ dawk li jinsabu f’minoranzi jew ta’ dawk li l-dinjità tagħhom mhix tiġi mħarsa u rispettata kif jixraq lill-umanità.

Dan il-Premju, li ngħata mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, huwa organizzat mill-Moviment Kerŷgma.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca ferħet liż-żgħażagħ u l-Moviment Kerygma għall-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment annwali fejn jesponu il-ħidma volontarja ta’ tant żgħażagħ.

Hija qalet li l-parteċipanti kienu qed jagħmlu l-missjoni li tana Ġesù billi jagħtu ħajjithom għal ħaddieħor. Saħqet li bl-eżempju tagħhom kienu qed juru li jimpurtahom minn xulxin u minn min hu fil-bżonn. Żiedet tgħid li huma kienu qed iservu ta’ pedament għas-soċjetà Maltija biex jibqa’ jgħix fi spirtu ta’ mħabba u paċi.

Iż-żgħażagħ nominati għal dan il-Premju kienu: Agara Foundation, Ryan Attard mill-Fgura, Felicienne Cini miż-Żebbuġ, Għawdex, Martina Fenech mill-Mosta, Mellieħa Youth u Matthew Theuma mil-Għarb, Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri ta xi kummenti lil TVM qabel ma ltaqa’ l-Kabinett dalgħodu. Huwa qal li se jassigura li l-Ministeru ta’ Għawdex se jkun Ministeru ta’ kulħadd, tal-Għawdxin…

Politika

Dr Anton Refalo ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ftit tal-ħin ilu fil-Palazz ta’ San Anton. Dan il-dekasteru, li kien f’idejn il-Perit Clint Camilleri, issa jgħaddi…

Kronaka

Il-Korp tal-Pulizija qal li meta ħarġu rapporti fuq il-midja li jinvolvu lill-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta u Yorgen Fenech fetaħ investigazzjoni. Fi stqarrija maħruġa mill-Korp intqal li s-Sur Valletta ġie mitkellem fil-Kwartieri Ġenerali…

Kostruzzjoni

Trailer ta’ trakk li kien qed iħott il-bricks tal-konkos f’sit tal-kostruzzjoni fil-Qawra spiċċa biex għeleb fuq nuqqas ta’ ħsieb. Persuna li kienet fuq il-post qalet lil TVM li min kien…

Aktar