Lokali
Stephanie Rapa kienet spiżjara dedikata u bdiet il-kors għal tabiba

It-toroq ħallew 18-il vittma din is-sena f’16-il inċident differenti.  L-aħħar vittma hija Stephanie Rapa ta’ 30 sena miż-Żurrieq.

Hija kienet spiżjara fl-ispiżerija ta’ San Ġwann, fejn nies li jafuha qalu lil tvm.com.mt li kienet ferriħija u tipprova tgħin lil kulħadd.  Kollegi tagħha kitbu dwarha fuq Facebook u qalu kif minn dejjem kienet persuna dedikata f’xogħolha u entużjasta f’dak kollu li kienet tagħmel.

tvm.com.mt huwa infurmat li hija kienet bdiet il-kors fil-Fakultà tal-Mediċina biex issir tabib, iżda d-destin tagħha wassal biex ilbieraħ ittajret minn karozza meta kienet qed taqsam mit-triq tax-Xatt tal-Gżira.

Xhieda fuq il-post qalu lil tvm.com.mt li semgħu break qawwi u fil-fatt fit-triq kien hemm marki tal-break ta’ madwar 40 metru.  Rapa spiċċat mixħuta mal-art bi ġrieħi gravi u għalkemm ittieħdet l-isptar b’ambulanza mietet ftit wara.

Il-vettura nvoluta fl-inċident kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 40 sena li joqgħod is-Swieqi. Fuq il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke.

 

Ara wkoll:

FILMAT: Mara tmut wara li ttajret minn karozza fix-xatt tal-Gżira

Aħbarijiet Oħra
Passatemp

F’inqas minn 15-il sena, il-logħob uffiċjali nfirex mil-lottu, is-Super 5 u l-lotterija nazzjonali għal diversi logħob ieħor marbut mhux biss man-numru iżda wkoll ma’ attivitajiet sportivi fost oħrajn. Għalkemm is-sensazzjoni…

Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Aktar