Mużika
Sterjotipi b’messaġġ fuq il-kostruzzjoni bil-filmat mużikali ‘Mostri’

Il-grupp mużikali lokali Sterjotipi għadu kemm ħareġ kanzunetta oħra bl-isem ta’ ‘Mostri’, li ssegwi ż-żewġ kanzunetti l-oħra tal-grupp; ‘Ħajja ta’ Xejn’ u ‘Int u Jien’.

Bi stil rock, ‘Mostri’ titkellem fuq il-fenomenu tal-bini għoli, il-kilba, u s-saħħa tal-iżvilupatturi.

Fi stqarrija l-grupp qal li l-metafora esaġerata tal-lirika “il-mostri jaħbulna x-xemx” tingħad biex tappella lill-leġiżlatur biex jemenda jew ibiddel il-politika li taffetwa l-pajsaġġ Malti, speċjalment dak naturali.

Il-grupp SterjoTipi se jkun qed idoqq fil-Valletta Waterfront nhar il-31 ta’ Diċembru, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjan ta’ 72 sena minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi gravi wara li allegatament ġie aggredit minn tliet persuni f’attentat ta’ serqa. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija fi Triq…

Aktar