Barranin
Stessu jiswielha ħajjitha

Studenta Amerikana mietet traġikament wara li waqgħet m’għola 30 metru waqt li kienet qed tieħu xi ritratti pittoreski tax-xatt f’California.

Il-vittma hija Michelle Casey ta’ 21 sena li kienet studenta fl-Università ta’ Oregon fl-Istati Uniti.  Hija ndarbet serjament meta żelqet u waqgħet waqt li kienet qed tieħu stessu f’Neahkahnie Mountain max-xatt ta’ Oregon.

L-għarus tat-tfajla qal li waqgħet f’siġra flok baqgħet nieżla fil-baħar u konsegwenza t’hekk l-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet diffiċli għall-ħaddiema tant li ħadet madwar sagħtejn.

Casey ttieħdet bl-ajru fl-isptar ta’ Portland, fejn mietet ftit wara minħabba l-ġrieħi gravi li ġarrbet.  Il-familja tagħha għażlu li jagħtu l-organi tagħha, ġest li salva żewġ ħajjiet.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għadd ta’ mogħoż ilhom jumejn jidhru jduru fuq l-irdum f’Wied iż-Żurrieq, fl-inħawi tal-Munqar. Ir-ritratt, li ttieħed ilbieraħ minn post magħruf bħala l-Ħnejja, juri madwar sitt mogħżiet. Wara li r-ritratt ittella’…

Barranin

Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau qal li ma jistax jiftakar kemm-il darba żebagħ wiċċu iswed meta kien żagħżugħ, hekk kif ir-ritratti tiegħu bl-irtokk iswed f’wiċċu komplew jiddominaw il-kampanja għall-elezzjoni tal-21…

Barranin

L-Interpol qalet li waqt operazzjoni marittima li kkordinat fil-Mediterran, identifikat aktar minn 12-il suspettat terrorist barrani li qed jivjaġġa fil-Mediterran. L-aġenzija globali tal-pulizija bbażata fi Franza fi stqarrija kompliet tgħid…

Barranin

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn. Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed…

Aktar