Lokali
Stħarriġ: Aktar minn 80% tal-Maltin dejjem ivvutaw għall-istess partit

Skont l-ewwel stħarriġ xjentifiku dwar l-istat tan-nazzjon, aktar minn 80% tal-Maltin (82.7%) dejjem ivvutaw għall-istess partit. Ftit aktar minn 17% biss (17.3%) qalu li ġieli vvutaw għal partit differenti fl-imgħoddi.

L-istħarriġ wera li n-nies li għandhom livell għoli ta’ edukazzjoni huma l-aktar li ġieli vvutaw għal partit differenti. Min-naħa l-oħra, irriżulta li n-nies li jgħixu fin-nofsinhar tal-Port il-Kbir huma l-aktar li dejjem ivvutaw għall-istess partit fil-passat (87.6%).

Ir-riċerka sabet li aktar minn nofs il-Maltin ma jitħajrux jivvutaw għal partit ieħor fil-ġejjieni (55.8%).

Intant, aktar minn 40% ta’ dawk li ħadu sehem f’dan l-istudju (43.9%) qalu li jaslu għall-opinjoni tagħhom skont kif tkun l-opinjoni tal-partit politiku li jemmnu fih.