Lokali
Stħarriġ: Il-faxxa żagħżugħa bl-inqas interess fil-każini tal-baned

Studju li sar għall-Konferenza Nazzjonali tal-Għaqda Każini tal-Banda juri li aktar minn 80% tal-Maltin jemmnu li l-baned huma importanti biex iżommu ħajja l-kultura Maltija. Iżda l-ikbar uġigħ ta’ ras għall-kumitati tal-każini tal-baned hija l-faxxa żagħżugħa li qed turi l-inqas interess f’din il-benniena tal-kultura Maltija.

Żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-25 sena huma fost l-inqas li jemmnu li l-Każini tal-Baned huma importanti għall-kultura Maltija.

Dan huwa wiehed mill-punti li ħarġu mir-riċerka ta’ Dr Vincent Marmara li ġie pprezentat fil-Konferenza Nazzjonali tal-Għaqda Każini tal-Banda. Iżda l-istudji wera wkoll li l-baned għadhom f’qalb il-Maltin.

Dr Noel Camilleri, il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda, esprima sodisfazzjon li madwar 75% tal-Maltin jemmnu l-każini tal-baned huma rilevanti, b’51%  minnhom jemmnu li huma tajbin għall-kultura Maltija u t-tradizzjonijiet.

Dwar il-bruda ta’ ħafna żgħażagħ mill-każini, Dr Camilleri rrikonoxxa li l-attivitajiet tagħhom iridu jkunu adattati għal ġenerazzjonijiet tal-lum.

Dr Noel Camilleri qal li “irridu nkunu wkoll konxji u aġġornati mal-era diġitali li ż-żgħażagħ huma tant up to date fiha”.

Il-Professur John Portelli faħħar ix-xogħol li jsir mid-89 każin tal-banda f’Malta u Għawdex, fosthom it-tagħlim mużikali, iżda ħeġġiġhom jaħdmu biex jattiraw faxex differenti ta’ nies.

John Portelli qal li “iridu jiddiversifikaw in-nies li jiġu fil-każini, mhux biss iż-żgħażagħ u t-tfal imma wkoll aktar nisa”.

L-akkademika, Dr Marie Briguglio ħeġġet lill-każini biex inaqqsu l-kwantità tal-attivitajiet u jiffukaw fuq il-kwalità tal-prodott artistiku. Qalet li l-każini għandhom jaraw lilhom infushom fil-qafas usa’ tal-pajjiż biex isaħħu l-kontribut soċjali.

Dr Briguglio qalet li “billi joffri post fejn ikollok żvog artsitiku, billi joffri post fejn tista’ sseħħ l-għaqda, qed joffri wkoll kontribut soċjo-ekonomiku.”

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici, qal li l-Gvern ser ikompli jgħin każini tal-banda u s-soċjetajiet mużikali fosthom għal xiri ta’ strumenti ġodda, restawr u inizjattivi ohra ta’ ħarsien ta’ patrimonju taghhom.

Ix-Shadow Minister għall-Kultura, Karl Gouder, qal li jinsab konxju mill-isfidi finanzjarji li jaffaċċjaw il-każini. Heġġeġ lill-Gvern biex fost oħrajn iniedi skemi speċifiċi ta’ self maħsuba għall-każini.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija

Il-grupp Malti ‘Hudson’ li għandu sittin stabbiliment fl-Ewropa u l-Afrika se jinvesti aktar minn żewġ miljun ewro fil-bini ta’ ‘distribution centre’ f’Ħal Far li mistenni jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta…

Pulizija

Beda l-proġett pilota li se jara lill-pulizija jkunu mgħammra b’bodycams f’każijiet fejn ikun hemm bżonn ta’ evidenza ċara jekk ikun hemm attakki jew inċidenti li jkunu involuti fihom membri tal-korp….

Ambjent

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika javża li bħala prekawzjoni u sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm fil-bajja ta’ Qui-Si-Sana minħabba skular ta’ ilma minn…

Lokali

L-imprenditur Hugo Chetcuti ngħata l-aħħar tislima fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid. Qabel il-funeral, il-korteo bit-tebut għadda minn Paceville fejn is-Sur Chetcuti kellu lukandi u stabbilimenti tal-ikel u d-divertiment f’Paceville….

Aktar