Lokali
Stħarriġ: Il-Maltin l-anqas li jiftħu qalbhom dwar problemi mal-kollegi tax-xogħol

Il-Maltin l-anqas li jfittxu għajnuna huwa mingħand il-kollegi tax-xogħol. 65.7% ta’ dawk li wieġbu fl-ewwel stħarriġ xjentifiku li rriċerka kif qed tevolvi l-identità Maltija qalu li ma jfittxux għajnuna rigward il-problemi tagħhom mingħand kollegi tax-xogħol.

L-istħarriġ wera li l-poplu Malti l-aktar li jfittex l-għajnuna huwa mingħand il-qraba li jgħixu magħhom (71.4%).

5% jiftħu qalbhom dejjem mal-Knisja jew ma’ membri tal-kleru, 2.7% ma’ sħabhom u 1.1% jfittxu l-għajnuna dwar problemi mill-familja li ma jgħixux magħha.

63.1% ta’ dawk li qalu tagħhom f’dan l-istħarriġ qalu li qatt ma jfittxu l-għajnuna ta’ professjonisti bħal counsellors, psikologi u social workers.