Lokali
Stħarriġ: Is-singles Maltin jaħsbu li rnexxew f’ħajjithom aktar mill-miżżewġin

Aktar minn 60% (61.1%) ta’ dawk li ħadu sehem fl-ewwel stħarriġ xjentifiku dwar l-istat tan-nazzjon qalu li jħossu li rnexxew f’ħajjithom. Dawk li mhux miżżewġa (69.2%) kif ukoll iż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-25 sena (83.3%) huma l-aktar li jaħsbu li rnexxew f’ħajjithom.

Qrib l-40% (38.4%) qalu li setgħu rnexxew aktar f’ħajjithom. In-nies li wieġbu għal dan l-istħarriġ u li għandhom l-anqas livell ta’ edukazzjoni huma l-aktar li qalu li setgħu rnexxew aktar f’ħajjithom (51%).

Kienu biss 18.2% ta’ dawk li mhumiex impjegati li qalu li jaħsbu li rnexxew f’ħajjithom. ‘Il fuq minn 70% ta’ dawk li jħallsu 25% taxxa qalu li jaħsbu li rnexxew f’ħajjithom.

In-nies li wieġbu għal dan l-istħarriġ u joqogħdu fix-Xlokk ta’ Malta huma l-aktar li jaħsbu li rnexxew ħajjithom (71.6%).