Stilla aljena tinvadi s-sistema solari

Astronomi ħabbru li 70,000 sena ilu mis-sistema solari tagħna għaddiet stilla aljena.

L-ebda stilla oħra mhu magħruf li kienet daqshekk qrib.

Tim internazzjonali ta’ riċerkaturi qalu li l-istilla għaddiet ħames darbiet eqreb mill-istilla ġara tagħna – Proxima Centauri.

L-oġġett magħruf bħala Scholz’s star, għaddiet min-naħa ta’ barra tas-sistema solari f’reġjun magħruf bħala Oort Cloud.

Din l-istilla ma kienetx waħedha iżda kienet akkumpanjata minn stilla oħra magħrufa bħala brown dwarf.

L-astronomi ħabbru d-dettalji dwar dan kollu fl-Astrophysical Journal Letters.