Lokali
‘Storja Ma Tinkitibx’ illejla waqt Serataron!

Ma’ Ron Briffa u l-ko-preżentatriċi Jacqui Losco jingħaqdu l-kummidjant Daniel Chirchop, il-kantanta Andreana Debattista u l-ġurnalist żagħżugħ Liam Carter filwaqt li l-mistednin speċjali ma jonqsux! Hemm ħafna mużika tajba ppreparata!

Se naraw x’se jiġri eżatt meta jidħol Liam Carter u xi sfida Ron ħejja għal Daniel, tgħid se jirnexxielu jagħmilha? Il-mistednin se jkunu qegħdin jilagħbu logħba li t-telespettaturi jħobbu ħafna, dik ta’ ‘Storja Ma Tinkitibx’ li fiha l-parteċipanti jridu jibdew frażi skont l-ittra li jagħtihom Ron u l-parteċipant ta’ warajhom jrid ikompli l-istorja b’ittra oħra, l-istorja titħawwar u tiġi aktar tad-daħq! Il-makkjetta u ċ-ċajta vojta flimkien mar-Ronnies ma jonqsux!

Dan u ħafna aktar waqt Serataron tal-lejla.
Mela jekk trid issegwi programm divertenti u tidħaq daħqa għażla waħda għandek illejla fid-20.50 fuq TVM.
Infakkru wkoll li tistgħu ssegwu l-paġna ta’ Facebook għal aktar aġġornameti u ritratti minn wara kwinti filwaqt li l-programm tistgħu terġgħu ssegwuh on demand fuq tvm.com.mt.