Lokali
“Strada Stretta qaxxarnielha l-ġilda” – George Cini

Il-kittieb u riċerkatur George Cini qal li lil Strada Stretta qaxxarnielha l-ġilda.

Huwa qal dan waqt il-programm TVAM xħin kien qed jitħaddet fuq il-Belt Valletta.

George qal li għandna nieħdu ħsieb il-wirt tal-Belt Valletta u biex l-era diġitali tidħol ukoll fil-Belt Kapitali. Madankollu dan mhux b’detriment għall-istorja tal-Belt.

Ir-riċerkatur fuq Strada Stretta qal li jekk wieħed iħares lejn din it-triq jinduna li tneżżgħet kompletament u anqas fadal tabelli ta’ dak iż-żmien.

Filwaqt li afferma l-ħtieġa tal-iżvilupp tal-Belt u r-restawr huwa qal li għandhom jibqgħu ċertu affarijiet storiċi. Tul l-intervista huwa tkellem ukoll dwar ir-restawr li sar u appella biex fil-Belt Valletta ma jidħlux karozzi li jaħdmu bil-fjuwil għax jagħmel ħsara lill-bini. Huwa tkellem ukoll fuq ir-residenti u qal li llum il-ġurnata kulma fadal residenti huma 5,700.

Ara l-intervista sħiħa ma’ George Cini fuq TVAM f’TVMi.  TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7am.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar