Avjazzjoni
Strajk mill-ħaddiema tar-Ryanair f’4 pajjiżi

L-Unjins tal-ekwipaġġ tal-linja tal-ajru Ryanair sejħu għal strajk bejn il-25 u s-26 ta’ Lulju fi Spanja, il-Portugall, l-Italja u l-Belġju.

Il-ħaddiema qed jitolbu biex il-kumpanija tirrispetta d-drittijiet tal-ħaddiema f’kull pajjiż fejn topera u biex jiġi nnegozjat il-ftehim kollettiv.

Huma qed jitolbu lill-kumpanija biex ma tibqax tħaddem il-liġi tax-xogħol Irlandiża għall-ħaddiema kollha u tapplika l-liġi tal-pajjiż in kwistjoni.

Sadanitant kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qalet ma’ TVM li s’issa mhumiex infurmati li Malta se tintlaqat.