Safar
Strajk minn ħaddiema tar-Ryanair mistenni jaffettwa bosta titjiriet Ewropej

L-istewards u l-air hostesses tar-Ryanair se jkunu qed jistrajkjaw fit-28 ta’ Settembru f’ħames pajjiżi Ewropej li huma l-Italja, il-Belġju, l-Olanda, il-Portugall u Spanja.

L-aħbar ingħatat mill-unjin tagħhom f’konferenza tal-aħbarijiet fi Brussell, bis-segretarju permanenti Yves Lambot jgħid li l-azzjoni industrijali tista’ taffettwa lill-Ewropa kollha.

Il-unjin qed tgħid li wara l-azzjoni industrijali li saret fis-sajf għadu ma nbidel xejn, bil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istewards u l-air hostesses għadhom l-istess.  Intqal li l-pajjiżi jridu jobbligaw lir-Ryanair jirrispettaw il-liġi bħalma jiġri minn kumpaniji multinazzjonali oħrajn.

Minkejja dan, il-linja tal-ajru low-cost Ryanair qed tgħid li l-maġġoranza tat-titjiriet se jsiru xorta waħda b’mod normali u li l-istrajk se jfalli.  Id-direttur tal-markeing tar-Ryanair Kenny Jacobs qal li t-titjiriet u s-servizzi li toffri l-kumpanija se tibqa’ għaddejja bil-ħidma tagħha u l-400,000 passiġġier se jinġarru xorta waħda minn destinazzjoni għall-oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Jgħidu li bil-flus tagħmel triq fil-baħar. Miljunarju Ġappuniż ta tifsira ġdida lil din l-espressjoni, għax it-triq li fetaħ twassal saħansitra sa fuq il-qamar. Yusaku Maezawa huwa l-bniedem li xtara l-biljetti…

Qorti

Argument vjolenti spiċċa ħażin għal koppja miżżewġa minn Ħal Qormi, bir-raġel jingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li nstab ħati li darab u hedded lil martu. Clive Caruana ta’ 34…

Barranin

Iċ-Champion Ewropew tal-golf, Celia Barquín Arozamena, ġiet maqtula fl-Istati Uniti. Arozamena, Spanjola ta’ 22 sena, kienet qed tistudja f’Iowa State University, u keinet għadha kemm rebħet il-European Ladies’ Amateur championship…

Kronaka

Id-Dwana Maltija qabdet l-akbar kwantità ta’ droga fl-istorja tal-aġenzija tal-infurzar lokali, bis-sejba ta’ tunellati ta’ droga li hu suspettat li hija resina tal-kannabis. Id-droga moħbija nstabet f’erba’ kontejners, li fi…

Aktar