Lokali
Streamcast tiċħad allegazzjonijiet dwar l-investiment fid-data centre f’Malta

Il-kumpanija Indjana Streamcast, li ser ikollha data centre f’Malta, fi stqarrija ċaħdet diversi allegazzjonijiet li saru f’artiklu f’Shift News u li ġie kkwotat fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista.

Il-kumpanija iddikjarat li l-investiment ta’ madwar ħames miljun ewro fid-data centre saru minnha u mhux mill-Enemalta, li sempliċiment kriet il-post għad-data centre fil-Marsa. Iddikjarat li l-ebda ewro min dan l-investiment ma tħallas mill-Enemalta jew mill-gvern. Qalet li l-ewwel fażi tal-proġett tlesta.

L-istqarrija żiedet tgħid li fl-aħħar sentejn, il-grupp Streamcast investa miljuni ta’ Ewro f’Malta fis-setturi tat-teknologija tal-informatika u fis-settur tal-ospitalità mingħajr ma fittex għajnuna finanzjarja mill-gvern u l-istituzzjonijiet Maltin.