Droga
Student għall-Qorti wara li nqabad b’żewġ joints l-iskola

Żewġ studenti nqabdu fil-pussess ta’ droga fl-iskola stess.  Il-każ seħħ ilbieraħ fi skola fir-Rabat meta nstabet id-droga fuq l-istudenti, li wieħed għandu 13 u l-ieħor 15-il sena.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga jirriżulta li l-istudent ta’ 15-il sena nqabad b’żewġ joints kif ukoll instab li kien qed iġorr xi flus kontanti u ġie arrestat.  Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Mhux mistennija jittieħdu passi kriminali fil-konfront tal-istudent l-ieħor minħabba li huwa taħt l-età.  Dwar il-każ qed titmexxa inkjesta maġisterjali.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar