Teknoloġija
Student Malti jistudja kif jinġabar it-tagħrif mill-kaxxa s-sewda tal-karozzi

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex tiżdied is-sigurtà fit-toroq, istituzzjonijiet Ewropej qed jipproponu li sa tliet snin oħra vetturi ġodda li jidħlu fis-suq ikollhom l-Event Data Recorder.

Dak kollu li jkun qed iseħħ f’vettura ftit sekondi qabel inċident u ftit sekondi wara jista’ jkun reġistrat f’Event Data Recorder, magħrufa aħjar bħala l-kaxxa s-sewda.

L-Inġinier, il-Professur Mario Farrugia, spjega li wħud mill-vetturi diġà qed joħorġu b’dan it-tagħmir, li żviluppa konsegwenza tal-air bag. Qal li fil-ġejjieni l-manifatturi tal-vetturi se jkunu obbligati jinkluduh fil-vetturi kollha.

Il-Professur Farrugia qal li waqt li s-sewwieq ikun qed isuq, dak li jkun qed iseħħ fil-vettura jiġi rekordjat. Spjega li f’każ ta’ impatt, l-informazzjoni tiġi ffriżata biex ikun hemm aċċess għaliha.

“Tkun qed tirreġistra ħames sekondi qabel l-impatt u qisu sekonda u nofs wara l-impatt, u tkun qed tieħu pereżempju wheel speeds, jiġifieri l-ispeed tal-karozza, u tkun qed tieħu wkoll l-iktar importanti, pereżempju l-break hux magħfus, anke l-engine speed u xi affarijiet oħra, imma mhux bilfors kull ditta tkun qed tirrekordja l-istess affarijiet, għalkemm qed jipprovaw joħorġu regoli fuq hekk.”

Fil-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università qed issir riċerka dwar it-tagħmir li jaqra din l-informazzjoni li tiġi rreġistrata. Din l-informazzjoni tinqara b’apparat li jissejjaħ crash data retrieval – CDR. Miguel Tabone beda jirriċerka dwar dan l-apparat fl-ewwel teżi tiegħu u issa qed jiżviluppaha fit-teżi għall-Masters.

“Bażikament billi nagħtu daqqiet, kollox ġol-laboratorju, minħabba li aħna limitati kemm bħala spazju u anke finanzjarjament, li ma nistgħux nagħmlu ‘full scale collision’, imma fil-laboratorju nagħmlu l-impatti ta’ natura differenti biex minn hemmhekk noħorġu kif taħdem eżatt u x’inhija l-limitazzjonijiet u l-benefiċċji tal-event data recorder,” spjega s-sur Tabone.

Ir-riċerkaturi qed iqabblu l-informazzjoni miġbura fil-kaxxa sewda tal-vettura mal-analiżi li ssir f’rikostruzzjoni ta’ inċidenti tat-traffiku. Qed jippruvaw jaraw ukoll kif bl-informazzjoni miġbura minn event data recorder f’vettura waħda, l-esperti jaslu għall-konklużjoni dwar x’kienet qed tagħmel vettura oħra li m’għandhiex dan it-tagħmir.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Qorti

Ragel ta’ 58 sena ġie akkużat li ta b’mus lil kuġinuh wara argument fuq kera. L-inċident seħħ jumejn ilu tard waranofsinhar fi Sqaq Warda, f’Ħal Għargħur. Il-vittma, li għandu 74…

Kronaka

Dalgħodu tilfet ħajjitha l-anzjana li ttajret 4 xhur ilu f’San Ġwann. Hija mietet fl-isptar Mater Dei fejn kienet ilha minn dik inhar tal-inċident f’koma kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbet f’rasha….

Aktar