Edukazzjoni
Studenti atleti professjonali se jkunu jistgħu jkomplu jitħarrġu waqt li jistudjaw

Mis-sena akkademika li jmiss, studenti atleti professjonali li jattendu l-Junior College se jkunu jistgħu jkomplu jitħarrġu waqt li jistudjaw fl-istess ħin. Permezz ta’ tliet programm imfassal apposta għal studenti b’interess qawwi fl-atletika, l-Junior College ser iwitti t-triq biex numru akbar ta’ studenti mill-iskola nazzjonali tal-isports ikomplu l-mixja edukattiva tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li dal-pass jinkwadra fl-istrateġija nazzjonali tal-isports.

Il-Junior College se jintroduċi tliet programmi għall-istudenti li jagħżlu l-kulleġġ bħala l-istituzzjoni post sekondarja tagħhom. Mis-sena akkademika li jmiss, studenti li spiċċaw l-istudji obbligatorji fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, se jkunu jistgħu jagħmlu t-taħriġ tagħhom waqt li jistudjaw fl-istess ħin. Permezz ta’ dan il-programm se jkollhom skeda ta’ lezzjonijiet imfassla għalihom. L-għan tal-kors hu li studenti atleti jkunu jistgħu jiksbu ċ-ċertifikat tal-Matrikola waqt li jkomplu bil-programm ta’ taħriġ mal-Federazzjoni Nazzjonali tal-Isports.

DesktopParliamentary Secretary for Youth, Sport and Voluntary Organisations Clifton Grima launches new study programmes

Il-Prinċipal tal-Junior College, Paul Xuereb qal li t-tieni programm se jkun offrut lil studenti li meta japplikaw ikollhom mill-inqas 18-il sena u jkollhom certifikat f’livell ordinarju tal-Malti, l-Ingliż u l-Matematika ekwivalenti għal grad 5 jew aħjar.Is-sur Xuereb qal li t-tielet programm huma mahsub ghal studenti li jixtiequ jkomplu jistudjaw barra minn Malta wara l-Matrikola.

“Dawn l-istudenti flok se joqgħodu jgħaddu l-ħin bħalma forsi jagħmlu xi studenti oħra bi dritt, dawn l-istudenti jużaw dak il-ħin biex ikomplu bit-training tagħhom. Għalhekk għandna żewġ possibbilitajiet, għandna kemm il-possibbilità li wieħed jibda fid-9 u jispiċċa fit-3, dik hija indirizzata għall-istudenti li huma atleti nazzjonali, biex ikunu jistgħu jittranjaw kemm filgħodu u kemm filgħaxija. Għandna wkoll din l-option man-national school li dawk l-istudenti li kienu jattendu n-national sports school, jew inkella huma studenti atleti u jixtiequ jsegwu t-training magħhom ukoll li għal 3 darbiet fil-ġimgħa filgħodu, sal-10 ta’ filgħodu jkunu jistgħu jagħmlu t-training mal-iskola.”

Il-Kap tal-iskola nazzjonali tal-Isport, Robert Magro, qal li b’inizjattivi bħal dawn, iżjed żgħażagħ se jkollhom iċ-ċans ikomplu l-karriera sportiva tagħhom.

DesktopParliamentary Secretary for Youth, Sport and Voluntary Organisations Clifton Grima launches new study programmes

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Clifton Grima, qal li dawn il-programmi jagħtu kontinwità lill-istudenti u s-sistema edukattiva tkompli taġġorna ruħha.

“Dan huwa pass importanti anke fl-ottika ta’ dik li hi l-istrateġija tal-isport ġewwa pajjiżna. Strateġija li ħabbarna ftit tax-xhur ilu, strateġija li issa bil-mod bdejna nimplimentawha, u din l-istrateġija qegħdin naraw li propju l-edukazzjoni huwa wieħed mill-pilastri ewlenin sabiex tkun tista’ titwettaq.”

Dr Grima temm jgħid li żgħażagħ studenti li se jkollhom din l-opportunità ħa tkun ta’ benefiċċju kbir minħabba li se jkollhom l-appoġġ neċessarju tal-MATSEC u assoċjazzjonijiet edukattivi biex japprezzaw ix-xogħol u d-dedikazzjoni li għandhom l-istudenti għall-isport.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Riċerkaturi Maltin jistgħu jibbenefikaw minn boroż ta’ studju offruti mill-gvern biex iwettqu r-riċerka ta’ dottorat u post-dottorat fil-European University Institute f’Firenze. Ftit tal-jiem ilu, Matthias Ebejer beda l-istudji tiegħu għad-dottorat….

Festi

Hija t-tradizzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-bidu tal-ħamsinijiet u li tiċċelebra d-devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja permezz ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar jikkonkludu l-istaġun tal-festi tas-Sajf….

Kronaka

Kenneth Cassar ta’ 38 sena mill-Isla ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda fl-Isla saq vettura b’manjiera perikoluża, laqat tliet karozzi u baqa’ sejjer. Cassar ġie…

Ambjent

Fl-għeluq tal-ħames konferenza annwali mis-Soċjetà MALTNUM, Malta Model United Nations Society, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li l-akbar sfida li qed taffaċċja d-dinja bħalissa hija t-tibdil fil-klima. Qal li d-dinja…

Aktar