Edukazzjoni
Studenti barranin ifaħħru l-mod kif l-Università ta’ Malta addattat it-tagħlim waqt il-pandemija

Tul is-sena akkademika li għaddiet, l-Università ta’ Malta kellha madwar 1,500 student internazzjonali jsegwu xi kors. Bħall-istudenti kollha, din is-sena l-istudji tagħhom kienu affettwati mill-pandemija. F’dawn iċ-ċirkustanzi madwar terz mill-istudenti internazzjonali rritornaw pajjiżhom fejn sa fejn kien possibbli komplew isegwu l-kors online.

Ħames snin ilu, Shayne Shayno mill-Kuwait, rebħet borża ta’ studju biex ssegwi l-kors tal-mediċina fl-Università ta’ Malta.

“Its English speaking, and its a European university so I can work in Europe especially as a non european citizen, and it’s UK affiliated,” qalet Shayne Shayno.

Minħabba l-covid, terz tal-istudenti barranin irritornaw pajjiżhom. Shayne faħħret l-mod kif l-Università ta’ Malta addattat l-mod kif il-korsijiet setgħu jissuktaw.

“I’d really like it if they had to utilize these online lectures and online education it was really nice i remember there were lectures three four hours, it wasnt exhausting and it was engaging, the university of Malta should utilize online education,” qalet Shayne Shayno.

Huma madwar 1,500 l-istudenti internazzjonali li jsegwu xi kors fl-Università, minn studenti fuq skambji ta’ Erasmus għal oħrajn li qed isegwu korsijiet f’livelli varji.

L-uffiċjal responsabbli mill-Uffiċju Internazzjonali tal-Università, Stefania Fabri, qalet li l-iżjed korsijiet popolari mal-barranin huma dawk tal-mediċina, l-informatika, il-kummerċ u l-inġinerija. Nofs l-istudenti barranin jiġu mir-Renju Unit u l-Ewropa u n-nofs l-ieħor minn pajjiżi barra mill-Ewropa, fosthom il-Kuwait, il-Lvant Nofsani, l-Afrika ta’ Fuq, l-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Russja.

“imorru għall-korsijiet li għandhom portability jekk eżempju studjajt l-inġinerija hawn malta, nista naħdem, b’dik id-degree bħala engineer fejn irrid,” qalet Stefania Fabri mill-uffiċċju internazzjonali tal-Università ta’ Malta.

Mistoqsija jekk l-istudenti barranin jiġux preferuti għax iħallsu għat-tagħlim, Stefania Fabri qalet li kull applikazzjoni tgħaddi minn proċess ta’ skrutinju b’reqqa biex ma jkunx hemm diżlivell fil-ħiliet u l-kompetenzi tal-istudenti, ġejjin minn fejn ġejjin.

“Meta qed naraw studenti internazzjonali, inħarsu lejn il-kwalifiċi li għandhom biex naraw li huma se jidħlu fuq l-istess livell tal-istudenti Maltin. Ma ngħidux ħa nbaxxu l-livell biex u daħħalt għaxra jew daħħalt għoxrin għax dawn ikunu qed iħallsu il-flus. L-evalwazzjonijiet ma jsirux skont jekk wieħed iħallas imma li naraw li jkollhom il-qualifications to succeed,” spjegat Stefania Fabri.

It-tħejjijiet għas-sena akkademika l-ġdida bdew. Minkejja li l-Università qalet li se tibqa’ taġġusta għaċ-ċirkustanzi tal-pandemija, qed tippjana li tiftaħ ukoll il-bibien tagħha għall-istudenti internazzjonali. Is-Sinjura Fabri qalet li qed issir wkoll evalwazzjoni dwar kif it-tagħlim online jista’ jkun imsaħħaħ.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar