Lokali
AĠĠORNAT (4): Studenti bid-Down Syndrome jagħmlu lezzjoni tal-PSD?

Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Down Syndrome, Joeanna Xerri, qalet li studenti bid-Down Syndrome ma jistgħux jattendu għal-lezzjoni tal-PSCD flimkien ma’ sħabhom. Waqt li kienet qed titkellem fuq il-programm Skjetti, is-Sinjura Xerri qalet li dan qed iseħħ minħabba li l-istudenti b’diżabbiltà jkunu akkumpanjati minn LSA.

Iktar tard il-President tal-assoċjazzjoni għamlet kuntatt ma’ TVM fejn ikkjarifikat li l-istudenti b’diżabbiltà jista’ jagħti l-każ li jitħallew barra minn ċertu lezzjonijiet tal-PSCD fejn jinħass il-bżonn ta’ kunfidenzjalità, u mhux mil-lezzjonijiet kollha. Dan jista’ jseħħ meta l-istudenti ma jkunux komdi jitkellmu quddiem l-LSA.

Fi stqarrija b’reazzjoni, il-Ministeru qal li mhuwiex minnu li studenti b’Down’s Syndrome ma jistgħux jidħlu għal-lezzjonijiet tal-PSCD bħall-istudenti l-oħra kollha. Qal li lanqas m’huwa minnu li l-Learning Support Educators (LSEs) ma jistghux jidħlu ghal dawn il-lezzjonijiet.

“Filwaqt li waqt il-lezzjonijiet tal-PSCD, isir tentattiv sabiex l-istudenti bi statement of needs jattendu mingħajr il-preżenza ta’ LSE u dan bil-għan li jkunu aktar liberi sabiex jesprimu lilhom infushom,  dan isir biss bi ftehim bejn l-ghalliem u l-LSE u, jekk ikun hemm bżonn, l-LSE jidħol għal-lezzjoni wkoll,” qal il-Ministeru.

Il-Ministeru qal li huwa kommess li jkompli d-djalogu kontinwu ma’ stakeholders importanti bħal CRPD u d-Down’s Syndrome Association sabiex l-iskejjel  ikomplu jtejbu s-servizzi li jagħtu favur inklużjoni sħiħa filwaqt li jiġu indirizzati xi kwistjonijiet partikolari li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien.

TVM talab ir-reazzjoni taċ-Chairperson tal-KNPD, Oliver Scicluna, li wkoll kien preżenti fil-programm. Scicluna qal li l-ilmenti f’dan is-sens li ġieli waslu għand il-kummissjoni ma kinux fil-konfront ta’ skejjel tal-istat. Qal li però wieħed mis-suġġerimenti li ħarġu fil-konferenza dwar is-sesswalità li organizzat il-Kummissjoni stess kien li fejn jidħlu lezzjonijiet tal-PSCD, hemm bżonn ta’ aktar involviment ta’ persuni b’diżabbilità.

Id-diskussjoni sħiħa tixxandar illejla fuq Skjetti fl-9.50pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu storja li tgħid grupp ta’ depożitanti tal-bank Pilatus…

Edukazzjoni

Il-qari huwa importanti iżda kemm hu faċli li nġorru ktieb u naqrawh? Ninsabu fl-eqqel tas-sajf – loġikament l-iktar staġun mill-erbgħa li matulu żgħar u kbar ikollhom ftit ħin iżjed mis-soltu…

Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Aktar