Edukazzjoni
Studenti fil-livell post sekondarju mhux jagħżlu li jitgħallmu lingwa barranija

It-tagħlim tal-lingwi barranin minbarra l-Malti u l-Ingliż ġie diskritt inkwetanti mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo minħabba li ħafna studenti fil-livell post sekondarju mhux jagħżlu li jitgħallmu lingwa barranija. Bit-tama li tinbidel din ix-xejra, il-Ministeru nieda kampanja biex tħajjar iżjed studenti jagħżlu lingwi barranin. Waqt t-tnedija tal-kampanija sar enfazi li l-lingwi barranin jiftħu l-bibien għal bosta karrieri u huma mfttixija u meħtieġa għall-impjiegi.

Għalkemm l-għażla tal-lingwi li wieħed jista’ jistudja f’Malta hija pjuttost kbira mill-Għarbi saċ-Ċiniz, mill-Ispanjol sal-Ġermaniż huma ftit ħafna l-istudenti li qed ikomplu jistudjaw il-lingwi fil-livell post sekondarju. Ċifri li għandu TVM juru li fil-livell terzjarju fl-ewwel sena hemm biss 120 student li qed jistudjaw lingwa barranija. Dan minkejja li sal-ewwel sena tas-sekondarja, l-istudenti jkollhom togħma tal-lingwa barranija għalkemm ċifri juru li aktar min-nofs l-istudenti għadhom jagħżlu t-Taljan (2,300) u l-Franċiż (1,180).

ll-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo stqarr li n-numru ta’ studenti li jkomplu jistudjaw il-lingwi fis-sistema edukattiva huwa inkwetanti ħafna u f’dan l-isfond ta bidu għal kampanja immirata għall-istudenti fl-etajiet differenti biex tħajjarhom jagħżlu lingwa oħra. Il-Ministru Bartolo qal li din il-kampanja għandha l-għan li tbiddel din ix-xejra waqt li saħaq l-importanza tal-lingwi għal karrieri għaliex sostna li l-Malti u l-Ingliż mhumiex biżżejjed. Huwa indika li anke fiċ-child care centres it-tfal ser jibdew jiġu esposti għal lingwa oħra.

Il-Kordinatur tal-kampanja għall-promozzjoni tal-lingwi barranin, Dr Phyllisienne Vassallo Gauci, irreferiet għall-istħarriġ nazzjonali tal-ħiliet li wera li kważi 25% ta’ min iħaddem jikkunsidra bħala fattur importanti li l-impjegati tiegħu jkunu jafu lingwa oħra. Qalet li l-kampanja qed issir b’kollaborazzjoni mal-Mcast, l-ITS u l-lifelong learning bl-għan li jintlaħqu l-istudenti fl-etajiet kollha.

Dr Phyllisienne Vassallo Gauci qalet”aħna nemmnu ħafna fl-importanza tal-lingwi barranin u fl-opportunitajiet li jiftħu għal dawk li jitkellmuhom f’oqsma differenti bħal m’għandu x’jaqsam il-mobilità, bħal m’għandha x’taqsam l-inklużjoni, bħal m’għandu x’jaqsam opportunitajiet ta’ xogħol. U allura qegħdin inkomplu din il-kampanja, illum nedejna anke kompetizzjonijiet għall-iskejjel u biħsiebna nkomplu naħdmu anke fl-iskejjel u mal-pubbliku inġenerali biex nuruhom kemm hu importanti li iktar studenti ta’ etaijiet differenti, kemm żgħar kif ukoll il-kbar, ikomplu jitħarrġu fit-tagħlim tal-lingwi.”

Il-Kap tal-grupp ta’ ħidma għall-promozzjoni tal-lingwi barranin, Dr Mario Pace, qal li meta jżur l-iskejjel jinduna li ħafna studenti u l-ġenituri tagħhom ma jafux kemm l-għarfien ta’ lingwa oħra tista’ tiftaħ bibien għal karrieri differenti. Enfasizza li hemm bżonn li t-tagħlim tal-lingwi jkun iżjed prattiku.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar