Studenti fil-mira t’attakk suwiċida fin-Niġerja

Minn ta’ lanqas 47 student inqatlu u 79 oħra ndarbu f’attakk suwiċida fi skola fil-belt Niġerjana ta’ Potiskum.

Il-pulizija qalet li tissuspetta li kien il-grupp Boko Haram li wettaq l-attakk f’din l-iskola tas-subien.

Fil-mira ta’ Boko Haram spiss kienu skejjel tul il-kampanja vjolenti li ħalliet eluf mejta u li ilha fis-seħħ għal dawn l-aħħar ħames snin, biex tistabilixxi stat Iżlamiku.

Uħud minn dawk li salvaw l-attakk qalu li kien ġellied suwiċida liebes uniformi tal-iskola li sploda lilu nnifsu.

Potiskum map