Studenti fis-Siġġiewi jiċċelebraw il-Jum Dinji tat-Tfal b’sorpriża għal sħabhom

Sorpriża ħelwa għall-istudenti tal-iskola primarja tas-Siġġiewi. Kienu ftit persuni li kienu jafu x’se jiġri.

Krew ta’ tvm.com.mt kien mistieden għal din l-attività dalgħodu, li wkoll kellu jilgħab parti mil-logħba u ma nikxfux għala konna hemm.

Id-dritt għall-ikel adegwat, ir-responsabbiltà li wieħed ma jaħlix ikel u d-dritt għal ambjent nadif kienu wħud mill-messaġġi li klassi ta’ studenti tas-sitt sena tal-Iskola Primarja Kulleġġ San Injazju tas-Siġġiewi wasslu lill-istudenti l-oħra f’attività sorpriża li saret il-Ħamis filgħodu.

Kienu biss l-istudenti u l-għalliema ta’ din il-klassi, flimkien mal-amministrazzjoni tal-iskola, li kienu jafu x’se jiġri waqt l-assembly ta’ filgħodu meta saret is-sorpriza permezz ta’ flashmob bil-kanzunetta “Where is the Love?”.

Din l-attività saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li Malta rratifikat fl-1990, tagħti lit-tfal id-drittijiet fundamentali tagħhom, li jinkludu d-dritt għall-edukazzjoni, iċ-ċittadinanza, il-familja, is-saħħa, il-parteċipazzjoni u mhux anqas id-dritt li jinstemgħu biex id-deċiżjonijiet li jittieħdu għalihom ikunu fl-aħjar interess tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ragel ta’ 58 sena ġie akkużat li ta b’mus lil kuġinuh wara argument fuq kera. L-inċident seħħ jumejn ilu tard waranofsinhar fi Sqaq Warda, f’Ħal Għargħur. Il-vittma, li għandu 74…

Kronaka

Dalgħodu tilfet ħajjitha l-anzjana li ttajret 4 xhur ilu f’San Ġwann. Hija mietet fl-isptar Mater Dei fejn kienet ilha minn dik inhar tal-inċident f’koma kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbet f’rasha….

Enerġija

L-Awtorità tal-Ippjanar għamlet numru ta’ emendi fil-policy dwar il-pompi tal-petrol, li huma bbażati fuq il-proposti li ġew sottomessi fil-konsultazzjoni li saret aktar kmieni din is-sena. L-Awtorità qalet li fost it-tibdiliet,…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għandu fiduċja sħiħa fiċ-Chairman, il-Kap Eżekuttiv u l-bord kollu tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA, li saħaq li hija istituzzjoni indipendenti u awtonoma. Dr Muscat ġie…

Aktar