Edukazzjoni
Studenti fl-iskola Maria Regina fin-Naxxar b’żewġ counsellors mill-proġett Blossom

Il-Malta Trust Foundation, li twaqqfet mill-President Emeritu Marie Louise Coliera Preca, ser testendi s-servizz tal-counselling fl-iskejjel fl-iskola medja ta’ Maria Reġina fin-Naxxar, bħala parti mill-proġett Blossom.

Il-fondazzjoni kisbet finanzjament ta’ €40,000 mid-Deloitte Foundation li ser ikopri l-ispiża għal tliet snin li ġejjin. Das-servizz diġà jingħata fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar, fejn skont il-fondazzjoni, 400 student ingħataw sapport psikoloġiku fl-aħħar erba’ snin.

L-istudenti fl-iskola medja ta’ Maria Reġina fin-Naxxar ser isibu l-ispalla ta’ żewġ counsellors, bħala parti mill-proġett Blossom tal-Malta Trust Foundation, li ser joffru s-servizz tagħhom b’mod permanenti f’din l-iskola.

Il-President Emeritu Maria Louise Coleiro Preca qalet li b’dan il-proġett, l-istudenti ser jingħataw l-għajnuna professjonali biex jirkbu l-problemi soċjali li jiffaċċjaw. “Il-ħsieb tagħna hu li fejn niġu mitluba li nestendu, nikkunsidraw u nagħmlu ħilitna kolha biex nagħtu dan is-servizz. Diġà fil-fatt il-Kulleġġ Maria Reġina talabna biex naħsbu ħalli nkunu nistgħu nipprovdu dan is-servizz ta’ counselling ġol-iskola tal-Qawra meta jekk Alla jrid tiftaħ.”

Il-consellor Carmen Galea spjegat kif l-isfidi li jiffaċċjaw l-istudenti huma varji; minn bullying sa problemi familjari. “Aħna nidħlu fejn ikun hemm problemi psikoloġiċi l-iktar, anki fejn ikun hemm problemi akkademiċi, mhux ngħinhom akkademikament, imma naraw minn fejn tkun ġejja l-problema. Għax jekk il-problema ġejja mid-dar, fejn jaf ikun hem affarijiet serji bħal abbuż, ma jistgħux jiffunzjonaw tajjeb it-tfal, u l-għan tagħna huwa li aħna nindirizzaw il-problema u ngħinu tfal bl-istess mod.”

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-edukazzjoni, Frank Fabri, qal li dan is-servizz ser ikompli jibni fuq is-servizzi ta’ sapport psikoloġiku li joffri l-Gvern.

Mistoqsi jekk il-Ministeru tal-Edukazzjoni għandux pjan biex kull skola tal-Gvern ikollha servizz ta’ counsellor residenti, is-Sur Fabri qal li l-Gvern qiegħed jaħdem biex ikollu aktar counsellors. “Il-provvista fil-pajjiż hija dik li hi, nifmhu wkoll li l-każijiiet qegħdin dejjem jiżdiedu, u aħna konxji ta’ dan kollu u nibqgħu kommessi u impenjati biex inkomplu nsaħħu dan is-servizz.”

Is-servizz Blossom qiegħed isir bis-sostenn tad-Deloitte Foundation, li kkontribwixxiet €40,000 għal dan il-proġett.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar