Edukazzjoni
Studenti għadhom fiċ-ċans biex japplikaw għall-eżamijiet fil-livell intermedjarju u avvanzat

Ċans ieħor lill-istudenti japplikaw għall-eżamijiet li se jsiru f’Settembru fil-livell intermedjarju u avvanzat. Dan jgħodd għall-istudenti li ma kinux irreġistraw għall-eżamijiet u li kieku ma nqalgħetx il-pandemija kienu jsiru fil-ġimgħat li għaddew.

Id-direttur tal-bord tal-MATSEC Dario Pirotta qal li l-A levels u l-eżamijiet fil-livell intermedjarju li kellhom isiru f’April, ser isiru f’Settembru u r-resit f’Diċembru.

Qal li ma’ dawk li kien applikaw biex jagħmlu l-eżamijiet f’April awtomatikament tmexxew għal Settembru u magħhom żdiedu mal-1,000 applikazzjoni oħra.

“B’kollox, bejn dawn l-istudenti li kellna qabel u issa għandna l-fuq minn 3,000 student li se jpoġġu għal dawn l-eżamijiet, l-istudenti ingħaqdu f’sessjoni waħda li se ssir f’Settembru,” qal id-Direttur tal-Bord tal-MATSEC, Dario Pirotta.

Dwar is-SEC, l-assessjar din is-sena se jsir b’mod differenti bl-istudenti li temmew l-iskola sekondarja se jingħataw riżultat abbażi tal-kompetenzi tagħhom fis-suġġett skont assessjar predikattiv u abbażi tal-eżamijiet tal-Mock.

Is-Sur Pirotta qal li bħalissa għaddej eżerċizzju rigoruż ma’ diversi għalliema u koordinaturi fl-iskejjel biex ir-riżultat jirrifletti ġustament l-abbiltajiet tal-istudenti fis-suġġett.

“Inqabblu l-karti kollha tal-iskola mal-karti tas-SEC, u naraw, nikkalibraw il-livell ta’ diffikultà tagħhom għal kull suġġett. Qed niġbru kampjuni ta’ karti tal-istudenti, fejn hemmhekk qed naraw kif ġew ikkoreġuti fis-sens li naraw kemm kienu kkoreġuti b’mod iebes jew tolleranti, għal kull skola u minn hemm isir rikalibrazzjoni. Naraw meta nqabblu skola u oħra u nipprovaw insibu marka ġusta għal kulħadd,” spjega s-Sur Pirotta.

Żied jgħid li l-istudenti kollha se jkollhom il-possibiltà li jtejjbu ir-riżultat tagħhom bl-eżami li jsir f’Settembru. Mistoqsi jekk it-taqlib li ġabet magħha il-COVID hux se jkollha effett fuq il-kontenut li l-istudenti se jkunu assessjati fuqu, is-Sur Pirotta qal li l-iskejjel għalqu propju meta l-istudenti kienu se jibdew l-eżamijiet.

“Fil-maġġoranza tal-każi is-syllabus kien lest u kienet qed issir reviżjoni fl-iskejjel għalhekk ma nħassx li hemm bżonn li jkun hemm xi tibdil fil-kontenut għall-assassjer tal-istudenti,” qal is-Sur Pirotta.

L-istudenti li ma jkunux gabux l-marki meħtieġa ser ikunu jistgħu jibdew korsijiet b’mod proviżorju f’istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji sakemm isiru r-resits f’Dicembru.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar