Lokali
Studenti jħeġġu lil ommijiethom jagħmlu l-iscreening kontra l-kanċer

Hekk kif il-kanċer tas-sider jaffettwa anke lit-tfal ta’ ommijiet morda, l-iskola primarja fil-Mosta ħadet l-inizjattiva biex tissensibilizza anke l-istudenti biex huma wkoll ikunu aġenti fil-familja favur l-iscreening kontra l-kanċer tas-sider. F’attività għall-istudenti omm li fieqet mill-marda tal-kanċer għamlet appell emozjonali lit-tfal biex ħeġġithom jistinkaw mal-ommijiet biex ma jibżgħux jagħmlu l-eżami kontra l-kanċer.

Fl-iskola primarja tal-Mosta issieħbet fil-kampanja Pink October, biex tqanqlu kuxjenza fost it-tfal tal-istess skola biex ikunu huma stess li jħeġġu lill-ġenituri tagħhom jagħmlu l-iscreening li jista’ jaqbad lil dan il-kanċer fi stadju bikri u għalhekk jiġu evitati l-imwiet. B’attività fejn reġa’ ddomina l-kulur roża sinonimu mal-kampanja Pink October, it-tfal permezz ta’ poeżiji, kant, u reċtar wasslu l-messaġġ li hemm bżonn ta’ iktar għarfien biex in-nisa jilqgħu minn din il-marda kiefra, li hija l-iktar kanċer komuni li jaħkem lin-nisa f’Malta.

Studenti li tkellmu ma’ tvm.com.mt qalu li fl-iskola ġabru donazzjoni biex ikunu jistgħu jixtru xi affarijiet għax iridu iħennu għal dawk li għandhom il-kanċer ħalli jgħinuhom ifiqu. Studenta oħra qalet “jien naħseb li n-nisa maż-żmien għandhom jiċċekkjaw minħabba li din it-tip ta’ marda trid tiġi evitata minn nisa u rġiel, u l-iktar importanti li n-nisa imorru jiċċekkjaw darba f’sena”.

Student ieħor qal “li aħna t-tfal nistgħu nagħmlu d-differenza għax jista’ jkollna aħna xi darba”.

Fl-attività Therese Gerada li erba’ snin ilu kienet għaddejja mill-kanċer fis-sider appellat lit-tfal biex jgħidu lil ommhom u qraba nisa biex jiċċekkjaw lilhom nfushom regolarment. Is-sinjura Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru li rringrazzjat lit-tfal għall-entużjazmu tagħhom.

Michelle Muscat qalet li “l-idea tagħna hi li nneħħu l-biża’ u nkunu konxji, din hija l-ġenerazzjoni futura li se tkun aħjar minna żgur”.

Minbarra fl-iskejjel, l-attività Pink October tissokta nhar il-Ġimgħa li ġej b’mixja minn Villa Bighi fid-9.30pm.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Festi

Il-festi titulari fl-istaġun sajfi ġew iċċelebrati kollha. Iżda l-festi għadhom għaddejjin. Fil-fatt, fi tmiem din il-ġimgħa qed jiġu ċċelebrati ħafna festi żgħar f’kappelli li għandna f’Malta u Għawdex. Waħda minnhom…

Aktar