Lokali
Studenti jikkumentaw dwar l-orali u s-suġġett tas-Systems of Knowledge

Kważi 1,500 student u student minn kważi 10,000 li għamlu l-eżamijiet tal-MATSEC wieġbu stħarriġ dwar diversi affarijiet fis-sistema tal-eżamijiet. Din hija t-tielet sena li l-informazzjoni nġabret u ġiet analizzata, u l-ewwel darba li r-rapport ġie ppubblikat.

Fir-reazzjoni tagħhom il-biċċa l-kbira tal-istudenti qablu mal-istruttura taċ-ċertifikat tal-matrikola iżda wrew li ma jaqblux li s-Systems of Knowledge jkun obbligatorju. Dwar iċ-ċentri fejn isiru l-eżamijiet, il-biċċa l-kbira tal-istudenti kellhom rispons tajjeb għalkemm kien hemm min ilmenta dwar il-livell ta’ storbju u konġestjoni tat-traffiku.

Il-parti l-kbira tal-istudenti qalu li jippreferu li l-eżamijiet tas-smigħ, jew kif inhu magħruf l-eżami orali, isiru permezz ta’ kelliema ‘live’ u mhux permezz ta’ awdjo rekordjat.