Edukazzjoni
Studenti Maltin jerħulha lejn ir-Rumanija biex jitgħallmu fuq in-natura

Il-ġimgħat tas-sajf għal ħafna jfissru vaganzi, għal oħrajn ifissru żmien fejn jimirħu ‘l barra minn pajjiżhom fuq avventuri li jistgħu jiswewlhom mitqlu deheb għas-suġġetti li qed jistudjaw. Studenti Maltin u Għawdxin qattgħu dawn l-aħħar seba’ ġimgħat, jiskopru n-natura fir-Rumanija.

Gruppi ta’ studenti Maltin u Għawdxin. Għandhom xi ħaġa komuni. L-imħabba lejn il-konservazzjoni, in-natura u l-bioloġija. Uħud minnhom qed jistudjaw dawn is-suġġetti. Operation Wallacea hija għaqda bbażata l-Kanada li tat opportunità lill-gruppi ta’ studenti Maltin u Għawdxin biex jgħixu dak li qed jistudjaw u fl-aħħar seba’ ġimgħat, grupp wara l-ieħor marru fuq espedizzjonijiet li Operation Wallacea torganizza għal studenti madwar id-dinja f’diversi pajjiżi.

L-istudenti Maltin marru r-Rumanija, eżattament f’Apold u Angofa, fejn il-preżentatriċi ta’ Television Malta Moira Delia akkumpanjathom fl-avventura tagħhom qalb l-ambjent naturali ta’ dan il-pajjiż. Fil-fatt tul dawn l-espedizzjonijiet sar ukoll il-filming għal sensiela oħra ta’ Animal Diaries li se jkompli jintwera fuq Television Malta minn Ottubru.

Din hija esperjenza li kull student sekondarju u universitarju li jinteressah jew qed jistudjail-konservazjoni, l-bijoloġija jew sempliċiment iħobb in-natura jittama u jimmira li jkollu.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar