Ambjent
Studenti Maltin jingħaqdu mad-dinja kollha u jipprotestaw għal azzjoni klimatika

Greta Thunberg, tfajla ta’ 16-il sena li saret is-simbolu għall-futur tal-ġenerazzjonijiet li jmiss, kull nhar ta’ Ġimgħa ma tmurx skola biex tqajjem aktar kuxjenza dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima li qed nesperjenzaw.

Dak li qed tagħmel it-tfajla Żvediża bħal donnu għamel effett u ħoloq katina ta’ protesti f’diversi pajjiżi madwar id-dinja kollha fosthom Malta.

Illum, l-istudenti Maltin mill-Primarja sa dawk universitarji ngħaqdu quddiem il-Parlament biex flimkien ma’ Greta Thurnberg u tfal oħrajn minn madwar id-dinja kollha wrew it-tħassib tagħhom dwar il-futur tal-ambjent u l-klima li kull ma jmur sejjer għall-agħar.

Flimkien ma’ 92 pajjiż ieħor, it-tfal Maltin għall-ħabta tal-12:30 qajjmu aktar kuxjenza dwar l-ambjent filwaqt li se jitolbu biex tittieħed azzjoni f’waqtha.

Greta Thurnberg hija tifla Żvediża ta’ 16-il sena li għandha għal qalbha l-ambjent. Hija tisħaq li ninsabu f’punt kruċjali fejn jekk ma tittieħidx azzjoni llum qabel għada mhux se jifdal futur għat-tfal t’għada. Hija qalet li l-attivitajiet tal-bniedem kull ma jmorru qed jeqirdu l-ambjent, il-kwalità tal-arja u l-ibħra tagħna u għalhekk, minkejja li għadha biss tfajla, qed taħdem qatigħ għal tfal bħalha bit-tama li l-messaġġ tagħha ma jaqax fuq widnejn torox.

L-attivista Greta Thurnberg ġiet mistiedna titkellem f’diversi laqgħat importanti fosthom TEDxStockholm, il-Konferenza tal-Ġnus Magħquda u l-World Economic Forum.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Kmieni dalgħodu seħħet ħabta frontali bejn mutur u trakk f’Ħal Qormi li ħalliet sewwieq ta’ mutur midrub. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħammieri fis-7.30am li fih kienu nvoluti sewwieq ta’ mutur…

Elezzjoni

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u…

Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Aktar