Edukazzjoni
Studenti mill-Korea t’Isfel se jitħarrġu fl-MCAST fil-manutenzjoni tal-ajruplani

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea t’Isfel.

Il-Kulleġġ tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija, l-MCAST, laħaq ftehim ma’ żewġ kumpaniji privati u mal-gvern tal-Korea t’Isfel biex studenti mill-Korea t’Isfel jitħarrġu fis-settur tal-avjazzjoni fl-MCAST.

Il-General Manager tal-MCAST Gateway to Industry, Stephen Vella, spjega li permezz tal-ftehim milħuq ma’ EOS Projects u l-kumpanija tal-avvjazzjoni Amerikana, Wasinc International, il-Gvern tal-Korea t’Isfel se jibgħat studenti f’Malta biex mhux biss jistudjaw imma jagħmlu wkoll il-prattika tagħhom ma’ kumpaniji fil-manutenzjoni tal-ajruplani.

“Wara li jibqgħu hawn Malta, il-pożizzjoni tagħhom tkun li forsi jaħdmu hawn Malta kif ukoll anke jkun hemm il-possibilità li jkunu jistgħu jmorru lura ġewwa pajjiżhom u hemmhekk ikunu jistgħu jsostnu l-industrija tal-avjazzjoni.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ EOS Projects, il-Kaptan Eric Abela qal li din hija inizjattiva tal-MCAST u l-Malta Enterprise biex isostnu lis-settur tal-avjazzjoni f’Malta. Inizjattiva li qal attirat lill-gvern tal-Korea t’Isfel, li ipprovda fond biex l-istudenti Sud Koreani jiġu jistudjaw u jkollhom opportunitajiet ta’ xogħol barra pajjiżhom.

“Ċirku fejn huma se jtaffu mill-problema ta’ forsi qgħad ta’ żgħażagħ li għandhom, l-MCAST ħa jdaħħal ammont sostanzjali ta’ taħriġ u l-MROs hawn Malta – il-maintenance organisations – ħa jkunu jistgħu jkabbru l-operat tagħhom.”

L-MCAST qed tistma li l-ewwel grupp ta’ studenti mill-Korea t’Isfel jibda t-taħriġ fil-Kulleġġ fix-xahrejn li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ppreżenta 15-il proposta, u qal li qatt ma basar li wara 25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista seta’ jiġi xi ħadd u jimmanipula l-istituzzjonijiet b’dan il-mod. F’kummenti…

Saħħa

Il-ħajt għoli tal-Isptar Mater Dei ma qatax qalb tal-10 membri tal-iscouts tal-Mosta u tifla ta’ sitt snin li xxabbtu miegħu f’attività tal-abseiling li ġiet organizzata biex tagħti sorpriża lit-tfal morda…

Kisbiet

Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna, u l-kumpanija Camilleri & Cuschieri Consulting Engineers, huma r-rebbieħa tal-Premju Monsinjur Mikiel Azzopardi għal din is-sena. Ir-rebbieħa tħabbru minn Fr Martin Micallef, Direttur…

Kronaka

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei, u oħrajn il-policlinic ta’ Ħal Kirkop, wara li għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, seħħet ħabta bejn ħames karozzi f’Ħal Luqa. Karozza tat-tip Ford Escort…

Aktar