Lokali
Mara nieqsa mid-dawl tappella għall-mogħdrija tan-nies

Mara li tilfet id-dawl tmien snin ilu, appellat għall-mogħdrija tan-nies meta jaraw nies bħalha li jużaw il-bastun abjad biex jgħixu ħajja iktar indipendenti. Marcelle Cremona kienet fost għadd ta’ persuni nieqsa mid-dawl li ħadu sehem fil-mixja tal-għaqda għal persuni nieqsa mid-dawl fil-Belt Valletta fl-okażjoni tal-jum iddeddikat lill-Bastun Abjad.

Persuni nieqsa mid-dawl fil-jum iddedikat għall-bastun abjad li jissimbolizzaw persuni nieqsa mid-dawl ingħaqdu flimkien fil-Belt Valletta, biex iwasslu l-messaġġ fuq il-bżonn ta’ mogħdrija u kooperazzjoni mill-pubbliku ma’ persuni li huma nieqsa mid-dawl. Marcelle Cremona li tilfet id-dawl t’għajnejha kompletament tmien snin ilu stqarret ma’ TVM fuq kemm inbidlet ħajjitha minn nhar għal lejl minħabba l-kundizzjoni tagħha.

Marcelle Cremona qalet “ħajti nbidlet ħafna. Biss ngħid li m’għandhomx għalfejn jaqtgħu qalbhom, jiena waħda nagħmel kuraġġ, li dejjem sibt l-għajnuna minn sħabi”.

Rebecca Debono, li hija nieqsa mid-dawl, spjegat ma’ TVM li hi spiċċat b’diżabilità ħames snin ilu, u minkejja l-isfidi ssib iżda wkoll ħafna appoġġ minn sħabha.

Rebecca Debono qal “għamilt l-ewwel 3 years waqajt down għalkollox imma thank God qiegħda ma’ ħuti, it-tieni familja, magħqudin ħafna”.

Il-President tal-Għaqda għal Persuni Nieqsa mid-Dawl, Frans Tirchett qal li japprezza li fil-pajjiż qed isiru affarijiet fosthom bankini apposta biex permezz tal-bastun l-abjad ikunu jistgħu jsibu d-direzzjoni. Appella biex isiru aktar proġetti minn dawn.

Frans Tirchett qal “fil-pjazza tritoni l-Gvern għamlilna kanal biex il-bastun abjad iddaħħlu fil-kanal, tmur toilets jew parlament li jiswew ħafna dawk”.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li hemm bżonn ta’ iktar għarfien u anki ħidma biex persuni nieqsa mid-dawl jgħixu bid-dinjità li tixirqilhom. Qalet li f’Malta hawn mas-sebgħin student li huma nieqsa mid-dawl u li permezz ta’ The President’s Trust se jinxtralhom apparat li jgħinhom fil-proċess edukattiv tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità, Anthony Agius Decelis faħħar l-ħidma tal-għaqda li dejjem ħadmet biex ittejjeb il-ħajja tal-persuni nieqsa mid-dawl.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar