Reliġjon
Studenti ta’ De La Salle u Stella Maris jingħaqdu biex ifakkru okkażjoni speċjali

L-istudenti tal-kulleġġi De La Salle u Stella Maris ilbieraħ ingħaqdu ma’ kważi miljun student minn madwar id-dinja biex jiċċelebraw it-tielet ċentinarju mill-mewt tal-fundatur San Ġwann Battista De La Salle, li waqqaf l-ewwel skejjel tal-Knisja fi Franza fis-seklu sbatax.

“Live Jesus in Our Hearts, Forever.” Din hija t-talba li l-kważi miljun student fi tmenin pajjiz ilissnu diversi drabi kuljum.

Il-ħsieb warajha tal-fundatur tal-kulleġġi tal-Brothers, San Ġwann Battista De La Salle, kien li dawn il-kulleġġi skejjel jiżviluppaw l-istudenti akkademikament u spiritwalment, biex ikunu mħejjija għall-ħajja.

Bro Edward Galea, li beda jgħallem fil-kulleġġ De La Salle ftit wara t-Tieni gwerra dinjija, qal li l-valuri Nsara huma l-qofol tat-tagħlim fil-kulleġġi.

“Il-fundatur jgħid: ‘touch their souls,’ dik kienet l-ewwel ħaġa li l-fundatur ried. Għax aħna billi tgħaddi minn ħafna eżamijiet u O-levels u A-levels imbagħad ma tgħixx kif għandek tgħix, għalina ma jkun jiswa xejn.”

Għaċ-ċelebrazzjonijiet li ifakkru t-tliet mitt sena mill-mewt tal-fundatur, elfejn student mill-kulleġġi ta’ De La Salle u Stella Maris inġabru għall-quddiesa li kienet iċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna, f’jum li ħabat ukoll għeluq is-sittin sena tiegħu.

Id-direttur tal-kulleġġ, Bro Martin Borg, qal li din iċ-ċelebrazzjoni hija wkoll ta’ 300 sena ta’ tagħlim li spira l-ħajja ta’ miljuni ta’ studenti.

“Il-fundatur tagħna għadu ħaj f’dawn in-nies li jgħallmu hawnhekk, fit-tfal tagħna, il-logo li għażilna, One Heart, one commitment and one life, ngħaqqdu kollox f’dawn it-tliwt kelmiet illi nippruvaw ngħaddu messaġġ ta’ mħabba.”

Bro Martin qal li jitlob għal aktar vokazzjonijiet għax bhalissa f’Malta għad hawn biss ħdax-il Brother.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern li għażlu suġġetti vokazzjonali, minn Settembru li ġej se jibda jkollhom il-lezzjonijiet minn klassijiet li ngħataw bixra differenti għax ġew mgħammra b’apparat li jixbah dak li…

Agrikultura

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh. Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani…

Kultura

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-Perit…

Annimali

Numru ta’ kuċċiera qalu li qegħdin jikkunsidraw li jiftħu kawża fil-Qorti biex ireġġgħu lura l-avviż legali li bih ma jistgħux jaħdmu bil-karrozzin bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Lulju u…

Aktar