Lokali
Studenti tal-Inġinerija jesebixxu l-proġetti tagħhom

Il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta qed torganizza wirja bil-proġetti innovattivi li saru mill-istudenti fil-kors tal-Inġinerija. Ta’ kull sena din isservi ta’ pjattaforma biex l-inġiniera ta’ għada juru dak li jkunu tgħallmu tul erba’ snin ta’ studju permezz tal-proġetti li jkunu ippreżentaw għat-teżi.

Id-disgħin proġett li saru minn studenti tal-Fakultà tal-Inġinerija jvarjaw minn proġetti fil-qasam biomediku, enerġija li tiġġedded, prodotti elettroniċi, robotika, trasport u proċessi tal-manifattura fost affarijiet oħra. Il-Wirja tal-Proġetti tal-Inġinerija issir biex il-pubbliku japprezza aktar kif l-inginerija tigi applikata f’diversi setturi.

Fost oħrajn Matthew Joseph Vella għamel proġett dwar kif it-turbocharger itejjeb l-effiċjenza fil-karozzi.

Matthew Joseph Vella qal “f’dan il-każ bnejt sistema fejn tkun toħroġ il-performance charts tat-turbo charger biex tkun taf il-performance tal-particular turbocharger li għandek imqabbad mas-sistema. Għandu combustion chamber fejn prattikament l-exhaust gases li ġejjin minn hemmhekk jintużaw biex idawru t-turbina li mbagħad iddawwar il-compressor u ddaħħal l-arja ġewwa l-magna. Huwa tajjeb ħafna dan il-proġett għax m’hemmx għalfejn ikollok karozza jiġifieri magna toqgħod iddur fit-triq u affarijiet hekk.”

Emma Marie Fenech ħadmet fuq proġett li permezz tiegħu tinħasel magna li tagħmel il-pilloli bl-għan li l-proċess jkun kollu awtomatiku.

Emma Marie Fenech qalet “kellna nsibu mod alternattiv kif il-ħasil ta’ din il-parti jonqos fiż-żmien fil-waqt li żżomm il-kwalità li hi mitluba minn proċess bħal dan.Sfidi kienu li kemm jista’ jkun inneħħu kompletament il-powder preċedenti li kien fuq din il-parti tal-magna u ma jibqgħux traċċi għall-proċess li jmiss.”

Clayton Abela bena dik li tissejjaħ roll cage, li hi l-qafas ta’ vettura li tipproteġi min ikun fiha f’inċidenti gravi bit-tama li din tintuża fil-futur.

“Bħala teżi iddiżinjajna rollcage fejn fiha barra li tiddiżinja skond ir-regoli tal-FIA u ta’ Transport Malta ħriġna testing tagħha biex naraw kif ir-rollcage x’jiġri waqt accident. Barra li għamilna dawk it-testing għedna għax ma nibnuhiex u allura għamilna l-fabrication tar-rollcage u bl-għajnuna tiegħi u ta’ missieri rnexxielna noħorġu b’dal-proġett” qal Clayton Abela.

Il-proġett ta’ Andrew Galea huwa intiż għall-industirja tal-kożmetika.

Andrew Galea qal “dan il-proġett hu magħmul biex tkun tista’ żżomm cosmetic products bħall-fwejjaħ, make up, foundation etc, b’mod iktar konvenjenti ħalli waqt li tkun miexi bil-ġurnata tiegħek tkun tista’ żżomm container żgħir ta’ boċċi ta’ dawn il-cosmetic products.”

Il-wirja ta’ dawn u bosta proġetti oħra innovattivi mill-istudenti tal-Inġinerija se tkun miftuħa nhar il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej fil-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar