Kultura
Studenti tal-Junior College itellgħu l-produzzjoni teatrali W’Oz

W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida.

Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy u l-ħbieb simpatiċi tagħha waqt il-vjaġġ minn Kansas għal Oz. L-addattament huwa tiżwiqa tal-film b’għadd ta’ kanzunetti melodjużi minn musicals popolari fosthom Wicked u mill-film The Wizard of Oz.

“Ħafna mid-diski fil-film kif ukoll minn Wicked u ħafna diski oħra popolari, li jafu n-nies ħalli kulħadd ikanta magħna,” qalet l-istudenta Kaylie Magri.

Kimberly Aguis hija l-istudenta li kkordinat il-koreografija għal produzzjoni u spjegat li l-isfida ewlenija kienet li tfassal żfin li jikkumplimenta l-mużika irrispettivament mill-kompetenzi varji tal-kast.

“Hemm ħafna tipi differenti, nagħmlu contemporary, nagħmlu pop ukoll, hip hop commercial, ovvjament mhux kulħadd jittrejna professjonali bħala żfin, imma jien nipprova il-mossi nagħmillhom sempliċi imma li jagħmlu effett kbir,” qalet Kimberly Aguis.

Kellha sfida simili biex ikkoordinat il-kant minkejja li spjegat li l-kast tas-soirée, li jlaħħaq mal-ħamsin, ingħażlu wara sensiela ta’ provi.

“Ħafna min-nies li huma interessati fit-teatru ikunu interessanti fit-tliet dixxiplini imma b’naqra għajnuna bid-diski oriġinali kif ukoll vocal warm ups biex nidderiġuhom fid-direzzjoni tajba ħalli ovvjament ikunu jistgħu ikantaw sew,” qalet Sian Jones.

Il-produzzjoni fil-Junior College se ssir il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar