Lokali
Studenti tal-MCAST b’opportunitajiet ġodda fil-qasam tal-avjazzjoni

L-MCAST qed ikompli jsaħħaħ il-kors tiegħu fil-qasam tal-avjazzjoni bi ftehim ieħor ma’ waħda mill-ikbar l-kumpaniji li topera minn Malta flotta ta’ 72 ajruplan li jinkrew lil klijenti sinjuri. Il-ftehim joffri aktar opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ u eventwalment xogħol lill-istudenti fil-kors tal-avvjazzjoni.

Fl-aħħar erba’ snin, l-MCAST beda iħarreġ żgħażagħ f’aspetti differenti fl-industrija tal-avjazzjoni b’kors li jwassal għal Diploma fl-Operazzjoni tal-Avjazzjoni.

Amanda Schembri u Andrea Cini li ggradwaw minn dan il-kors stqarrew ma’ TVM li dak li tgħallmu mill-MCAST qed jipprattikawh ma’ waħda mill-kumpaniji fid-dinja li topera titjiriet charter.

“Huwa importanti ħafna għax dak li titgħallem l-MCAST tkun tista’ tapplikah hawnhekk kuljum on a day-to-day basis,” qalet Andrea Cini.

“Bħala kors huwa vast ħafna u nitkellmu ħafna fuq ground handling, ground operations, kif jopera l-ajruport bħala sigurtà. Nitkellmu wkoll fuq liġijiet tal-avjazzjoni, u fuq hijackings,” fissret Amanda Schembri.

Frank Dalli, Deputat Direttur fl-MCAST, qal li l-kulleġġ beda joffri dan il-kors minħabba d-domanda kbira mill-industrija. Qal li l-kors huwa strutturat b’mod li wieħed jispeċjalizza anke permezz ta’ programm ta’ apprentistat, u din hija garanzija li l-istudenti se jsibu post tax-xogħol jistennihom.

“Huwa importanti li nattiraw kemm jista’ jkun studenti biex huma isibu impjieg u min qed iħaddem se jsib ir-riżors li għandu bżonn biex jopera b’mod effettiv f’Malta,” qal Dalli.

L-MCAST għandha ftehim ieħor mal-kumpanija tat-titjiriet charter, il-Vistajet, biex twessa’ l-opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ għall-istudenti fil-kors tal-avjazzjoni.

Nick van der Meer, il-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Kumpanija Vistajet qal lil TVM jinsab kburi li l-MCAST qed toffri dan il-kors. “The private aviation sector is growing very very well. So I strongly encourage students to take up these courses as the market is growing about 6.4% per year, so there are numerous jobs opening at the moment and in the future, and I see a very bright future in aviation.”

Fil-preżent, il-Vistajet tħaddem iktar minn 300 ħaddiem u topera minn Skyparks f’Ħal Luqa bi flotta ta’ 72 silver jet li jinkrew minn klijenti sinjuri.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu storja li tgħid grupp ta’ depożitanti tal-bank Pilatus…

Edukazzjoni

Il-qari huwa importanti iżda kemm hu faċli li nġorru ktieb u naqrawh? Ninsabu fl-eqqel tas-sajf – loġikament l-iktar staġun mill-erbgħa li matulu żgħar u kbar ikollhom ftit ħin iżjed mis-soltu…

Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Aktar