Lokali
Studenti tal-MCAST b’reklami għat-televiżjoni biex iħajru lit-tfal jaqraw

Studenti tal-MCAST ġew fdati mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, biex jaħdmu għat-televiżjoni sensiela ta’ messaġġi promozzjonali bil-għan li jħajru aktar studenti jimirħu fil-qari biex jitkattru fil-ħiliet tal-lingwa u tal-litteriżmu.

Manuela Camilleri u George Aquilina huma fost 22 student tal-midja mill-istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST li ħadmu fuq sensiela ta’ messaġġi kreattivi biex iħajru lill-istudenti tal-primarja u tas-sekondarja jissieħbu fi programmi edukattivi biex issawru l-interess tagħhom fil-qari u l-litteriżmu.

Manuela u George qalu li fl-aħħar xahrejn ħadmu fuq dan il-proġett u poġġew fil-prattika t-teorija li studjaw b’rabta mal-produzzjonijiet televiżivi.

Manuela Camilleri qalet li “mhux biss assignments però nkunu nafu x’tip ta’ xogħol ser naffaċċjaw”.

L-istudenti għamlu wkoll riċerka dwar l-impatt tal-midja fuq udjenzi speċifiċi.

George Aquilina stqarr li “fil-fatt dawn ir-reklami kellhom ikunu twal 30 sekonda – meta tibda toħloq l-istorja tinduna li tista’ tiġik itwal però l-isfida li jkollok biex iżżomm mal-ħin li jkunu tawk.”

Dawn il-messaġġi promozzjonali saru b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Public Broadcasting Services u ser jixxandru fuq l-istazzjonijiet ta’ Television Malta.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ħadd 23 ta’ Settembru, 2018 The Malta Independent Timmarka d-demostrazzjoni li saret kontra l-vjolenza domestika fil-Belt Valletta. Rapport ieħor jgħid li dawk li jaħdmu…

Televiżjoni u Radju

Lejn tmiem is-snin 30 l-awtoritajiet Taljani fil-Libja kienu konvinti li l-Maltin ta’ Tripli kienu qed jibagħtu żgħażagħ mill-komunità tagħhom lejn Malta biex jidħlu fl-armata Ingliza. Aktar minn hekk, l-awtoritajiet Taljani…

Renju Unit

Meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Maltin, li ilhom jgħixu fir-Renju Unit għal tal-inqas ħames snin se jkunu intitolati għal dokument ġdid ta’ residenza msejjaħ settled…

Aktar