Lokali
Studenti tas-sixth form f’De La Salle jħejju għal-Lasallian Nights

L-istudenti tas-sixth form ta’ De La Salle għaddejjin bl-aħħar tħejjijiet għall-ispettaklu annwali tagħhom magħruf bħala Lasallian Nights.

Din is-sena t-tema se tkun l-imħabba. TVM żar il-provi finali.

Te Quiero, il-frażi bl-Ispanjol għal “inħobbok”, hija l-produzzjoni li qed jaħdmu fuqha bħalissa l-istudenti tas-sixth form tal-kulleġġ De La Salle għall-ispettaklu annwali tagħhom magħruf bħala Lasallian Nights.

L-istudenti għall-ewwel darba għażlu t-tema tal-imħabbba fid-diversi forom tagħha.

Il-protagonisti ta’ Te Quiero huma żewġ maħbubin li minħabba ċirkostanzi lil hinn minnhom ikollhom jinfirdu . . . Madankollu l-imħabba ta’ bejniethom tibqa’ b’saħħitha permezz ta’ ittri li jibagħtu lil xulin.

L-istudenti tal-kulleġġ ilhom minn Mejju jħejju għal-Lasallian Nights u organizzaw ruħhom f’kumitati li lkoll kienu responsabbli għal oqsma differenti bħalma huma l-irtokk, il-media, żfin, mużika, kostumi u ħafna aktar.

L-istudent, Nigel Caruana qal “fih nuru ħafna talent taż-żgħażagħ. Nipruvaw ninkludu nies kemm nistgħu. Ilna li bdejna norganizzaw mis-sajf u ppruvajna ndaħħlu kemm jista’ jkun talenti. Bħalissa għaddej ir-reċtar imma nippruvaw ninkludu l-kant, iż-żfin, l-arti bħalissa hemm il-backdrop impenġija bl-idejn mill-istudenti li ilhom min Settembru għaddejjin.”

Minbarra Te Quiero, għadd ta’ studenti mistennija juru t-talenti tagħhom fiż-żfin, il-mużika u r-reċtar.

Il-Lasallian Nights se jsiru fi tmiem din il-ġimgħa fil-kulleġġ ta’ De La Salle fil-Birgu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pietà tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Lokali

Mil-lum il-bdiewa li jkabbru l-patata bdew iħejju l-għelieqi tagħhom wara li fl-aħħar jiem għamlu l-kalkoli tat-telf li kellhom fl-aħħar sena minħabba r-riħ qawwi u s-silġ li niżel fil-grigalata ta’ tmiem…

Aktar