Infrastruttura
Studji biex jibdew xogħlijiet fuq il-pont ta’ bejn Ħal Qormi u l-Marsa

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont tal-Mistra, li kien f’periklu li jċedi u bħalissa għaddejjin studji tekniċi fuq il-pont ta’ bejn Ħal Qormi u l-Marsa li minn fuqu tgħaddi l-Marsa-Ħamrun Bypass. TVM tkellem mal-Perit u Inġinier Strutturali, Dr Konrad Xuereb, dwar il-manutenzzjoni ta dawn il-pontijiet u jekk jifilħux l-ammont kbir ta’ vetturi li jgħaddu minn fuqhom kuljum.

Bl-għajnuna ta’ esperti Maltin u barranin, Infrastructure Malta bdiet studji tekniċi sabiex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet ta’ tiswijiet u restawr tal-pont li hemm biswit il-Maltapost, li minn fuqu tgħaddi l-bypass tal-Marsa-Ħamrun. Minn fuq dan il-pont jgħaddu eluf ta’ vetturi kuljum, li maż-żmien, il-piż tagħhom wassal biex il-konkos jibda jfaqqa u jinkixfu partijiet kbar minnu. Saħansitra huwa evidenti li partijiet oħra tal-pont qed jitmermer b’rata mgħaġġla.

Għall-Perit u l-Inġinier strutturali, Dr Konrad Xuereb, dan il-pont u oħrajn simili, li ilhom mibnijin mal-50 u 60 sena, huma strutturi mill-aktar delikati, li inbnew meta ma kinux jeżistu liġijiet li jirregolaw id-disinn tal-pontijiet. U illum waslu biex għadda n-numru ta’ snin li għalih kienu mibnijin biex iservu.

Dr Konrad Xuereb qal li “aħna l-ewwel ġenerazzjoni ta’ nies li qed nesperjenzaw l-ewwel end of lifespan ta’ dawn l-assets, kemm bħala bridges kif ukoll bħala structures oħra ta’ rienforced concrete, bħal galleriji, li ukoll minħabba lack of maintenence, jibdew ifaqqgħu.”

It-tħassib dwar x’tip ta’ manutenzzjoni qiegħda ssir lil dawn l-istrutturi f’pajjiżna, żdied wara l-inċident traġiku li nhar it-Tlieta meta ġġarraf Ponte Morandi f’Genova. Minbarra dan il-pont ta’ bejn Ħal Qormi u l-Marsa, insibu strutturi simili, fosthom dik li hemm qabel ma tidħol fil-mina ta’ Triq Reġjonali u tal-Mistra.

Il-perit Xuereb spjega li l-manutenzzjoni fuq il-pontjiet huma stabbiliti skont ir-regoli tad-disinn u normalment fuq pontijiet ġodda, bħal dik tal-flyover tal-Kappara, bl-ewwel spezzjoni tkun fi żmien l-ewwel 10 snin u kull sentejn wara. Qal li pontijiet ġodda huma ddisinjati fuq medda ta’ 120 sena. F’pontijiet antiki, il-manutenzzjoni hija differenti.

Dr Konrad Xuereb qal li “it-tip ta’ inspection ikun jiddependi jekk ikunx general inspection jew principal inspection u minn din l-inspection, il-periti jiddeiedu jiddeċiedu jekk isirux iktar monitoring. Bridges antiki li ilhom hemm, it-tip ta’ maintenance ikun iktar rigoruż u frekwenti, anke kull 3 xhur.”

Il-perit Xuereb semma’ kif l-istudji li jsiru jinfluwenzaw jekk pont għandux jissewwa jew jinbidel kompletament mill-ġdid għax ikun iktar jaqbel finanzjarjament. Semma’ każ siimili fl-Ingilterra meta kien ngħalaq għal sentejn il-pont Hammersmith li jinsab fil-qalbha ta’ Londra u l-Humber-Bridge, f’Lincolnshire.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet. Ix-xandira tistgħu ssegwuha dirett minn tvm.com.mt. Iktar dettalji fil-ħin li ġej.

Lokali

Il-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qassam €150,000 lil għaxar Kunsilli Lokali biex jirrenovaw il-housing estates fil-lokalità tagħhom. Fost il-kunsilli li ngħataw il-fondi hemm tal-Marsa, il-Ħamrun, Santa Venera, il-Belt Valletta u…

Aktar