Ippjanar u bini
Studju dwar il-possibilità ta’ proġett ta’ metro jew monorail mistenni jkun ippublikat dalwaqt

Proġett li jekk ikun approvat mistenni jbiddel il-kunċett tat-trasport u l-presenza tal-vetturi fit-toroq. Studju dwar il-possibbiltà ta’ proġett ta’ Metro jew Monorail mistenni jkun ippublikat dalwaqt bil-Prim Ministru Robert Abela jgħid li l-Gvern huwa impenjat ikompli joffri sistemi ta’ trasport alternattiv u li jirrispettaw l-ambjent.

Il-Gvern wasal fl-aħħar stadji biex jippublika studju kkumissjonat dwar l-ewwel sistema ta’ trasport pubbliku tal-massa f’Malta bil-possibbiltà li fis-snin li ġejjin isir investiment f’monorail jew metro.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni din il-ġimgħa l-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar ir-rieda tal-Gvern sabiex isir investiment f’sistemi alternattivi tat-trasport.

”Ninsab ħerqan ħafna li fiż-żmien mhux ‘il bogħod inkunu nistgħu nippreżentawhom sadanittant il-Gvern se jkompli jinvesti f’sistemi alternattivi bħal dak tal-baħar.”

F’kummenti ma’ Television Malta, il-Ministru tat-Trasport Ian Borg qal li dawn l-istudji li saru jagħtu dehra moderna u totalment differenti lil Malta. Żied li għandu l-ħolma li bħala l-Ministru tat-Trasport dan il-proġett iseħħ. Madanakollu l-Ministru Borg għamilha ċara li din mhux deċiżjoni li se ttieħed mil-lum għal għada.

”Qed nitkellmu dwar mijiet ta’ miljuni proġett li jekk jiġi deċiż li jsir se jieħu għexieren ta’ snin hemm min jgħidlek ħamsa hemm minn jgħidlek għaxra, għoxrin u allura rridu nidħlu leha bħala l-Gvern fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin ivara dan id-dokument b maturità u b’mod bipartisan.”

Dr Borg qal li l-Gvern issa se jkun qed janalizza l-impatt tal-proġett massiċċ fuq il-finanzi tal-pajjiż.

Fl-2008 kien sar l-aħħar studju dwar sistema ta’ trasport tal-massa iżda kien ifokka biss fuq is-servizz tat-tram. Dak iż-żmien il-kumpanija Ingliza Halcrow Group kienet ikkonkludiet li l-proġett ta’ tram li kien maħsub biex jagħqad il-postjiet ta’ madwar il-port il-kbir ma’ dawk aktar ċentrali jeħtieġ investiment ta’ 325 miljun ewro u bi spejjeż annwali ta’ seba miljun ewro u nofs. Intant, skont rapport ieħor aktar riċenti tal-Perit Konrad Xuereb huwa stmat li proġett ta’ metro li topera b’linja waħda jiswa mal-4 biljun ewro.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar