Studju fix-xhur li ġejjin dwar ir-relazzjonijiet bejn il-koppji

Iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka dwar il-Familja, bħala parti mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, qed jagħmel studju fuq ir-relazzjonijiet bejn il-koppji f’Malta u f’Għawdex.

L-għan ta’ din ir-riċerka huwa li jwassal għal ftehim aħjar dawk il-fatturi li jsaħħu jew joffru sfida fir-relazzjonijiet tal-koppji llum il-ġurnata.

Permezz ta’ dan l-istudju, iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka dwar il-Familja jittama li jkun qed iżid l-għarfien dwar ir-realtajiet li persuni f’relazzjonijiet differenti jgħixu, kif ukoll dawk li huma single.

Iċ-Ċentru jittama li dan l-istudju jikkontribwixxi għarfien u formazzjoni għat-terapisti li jaħdmu mal-koppji u professjonisti oħra li jaħdmu biex ikunu ta’ appoġġ għal dawn l-istess nies.

Dan l-istudju ser ikun qed isir mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) permezz ta’ intervisti b’telefonati li ser ikunu kunfidenzjali.

Dawn it-telefonati ser isiru lil individwi li għandhom 18-il sena jew aktar fl-2015.

L-anonimità tal-parteċipanti hija garantita meta r-riżultati jiġu ppubblikati.

Il-membri tal-pubbliku huma infurmati biex jistennew telefonata mill-NSO fix-xhur li ġejjin fejn jiġu mistoqsija biex jieħdu sehem f’dan l-istħarriġ.

Kampjun każwali tal-populazzjoni ser jiġi kkuntatjat, u l-intervista għandha tieħu madwar 10 minuti.

Matul dan il-ħin, l-individwi intervistati ser jiġu mistoqsija fuq it-telefon dwar l-opinjonijiet u l-esperjenza tagħhom ta’ relazzjoni bejn koppja.

Il-kontribuzzjonijiet kollha jkunu ta’ għajnuna kbira għal dan l-istudju, irrelevanti minn jekk il-persuna intervistata tkunx f’relazzjoni kurrenti jew le.

Min ikollu xi mistoqsijiet jew diffikultajiet fuq dan l-istudju, huwa mitlub li jikkuntattja liċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka dwar il-Familja fuq l-indirizz ettroniku [email protected].

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Sa tmien xhur ilu, Winston u Caroline Micallef kienu għaddejjin b’ħajjithom normali sakemm nofs il-post tagħhom fi Gwardamanġa spiċċa borġ ġebel. B’xorti tajba ma ndifnux fit-terrapien iżda ħajjithom inbidlet ta’ taħt…

Avjazzjoni

L-Air Malta qalet fi stqarrija li rtirat il-mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Union tal-bdoti, l-ALPA bħala sinjal ta’ rieda tajba u fl-ispirtu li tippromwovi r-relazzjoni ta’ bejniethom. Fl-istqarrija, intqal li mit-Tnejn…

Qorti

F’Għawdex, il-Pulizija ressqet il-qorti żagħżugħ ta’ 23 sena mis-Somalja u akkużatu li fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda kkaġuna ġrieħi gravi lil żagħżugħ ieħor mis-Somalja. L-aggressjoni seħħet fiż-Żebbuġ,…

Qorti

Silvio Camilleri ta’ 35 sena li joqgħod il-Gżira ġie mixli li f’nofs il-ġimgħa l-oħra wettaq serq aggravat bil-vjolenza minn spiżerija f’Ta’ Xbiex, żamm żewġ persuni kontra l-volontà tagħhom u kellu…

Aktar