COVID-19
Studju fuq l-immunità tal-poplu se jagħti stampa iktar ċara ta’ kemm mardu nies

Studju li qed jitħejja fuq l-immunità tal-poplu Malti mistenni jagħti stampa iktar ċara ta’ kemm fil-fatt mardu nies.

Dan qalitu llum il-Professur Charmaine Gauci, meta mistoqsija mill-ġurnalisti jekk għandhomx jibdew isiru testijiet fil-komunità, hekk kif dejjem qed jiżdiedu l-każi ta’ nies li jkunu qed iġorru l-virus iżda ma jkollhom ebda sintomi.

Prof Gauci spjegat li l-iswab test jaqbad il-virus jekk dan ikun hemm ammont kbir biżżejjed fil-griżmejn, u għalhekk random tests fil-komunità mhux bilfors se jagħtu stampa ċara.

Minflok, qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jippreparaw studju biex jaraw x’antibodies għandhom in-nies, u b’hekk ikunu jafu kemm hemm li diġà ġew infettati.

Ara wkoll:

Ikkonfermat 13-il każ ġdid ta’ Covid-19 – jitilgħu għal 350