Barranin
Studju juri li t-tilqima qed tnaqqas l-imwiet marbuta mal-COVID-19

Studju fir-Renju Unit rabat il-programm ta’ tilqim mat-tnaqqis sostanzjali fil-każi u l-vittmi tal-covid-19.

Skont riċerka ibażżata fuq testijiet li ngħataw lil 140,000 persuna magħżula biex jirrappeżentaw il-popolazzjoni tar-Renju Unit u li tħejja mill-Imperial College f’Londra sab li minn Frar li għadda l-infezzjonijiet ġodda naqsu b’75%.

L-istess studju sab li għalkemm il-każijiet ġodda issa qed jibqgħu fl-istess ilma minħabba li n-nies mill-ġdid qed jitħalltu, l-imwiet marbuta mal-virus tal-covid komplew jonqsu.

F’dan l-isfond huma waslu għall-konklużjoni xjentifika li t-tilqima qed trażżan ir-rabta bejn il-covid u l-imwiet.