COVID-19
Studju juri li ż-żgħażagħ komdi jmorru diskoteki basta jkun hemm protokolli

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu ma’ Television Malta li l-industrija tista’ taddatta għan-normalità ġdida b’ħarsien mal-protokolli tas-saħħa.

Min-nhar il-ġimgħa Malta se tirritorna għan-normalità bi tmiem ta’ diversi miżuri restrittivi li saru fil-pandemija. Fost l-istabbilimenti li se jerġgħu jiftħu hemm il-ħwienet tax-xorb. Minn tmiem il-ġimgħa postijiet bħal Paceville se jerġgħu jingħataw il-ħajja, madanakollu f’dawn il-mekkek tad-divertiment id-diskoteki se jibqgħu magħluqa.

James Cassar organizzatur ta’ parties qal li skont studju li għamlu, il-maġġoranza taż-żgħażagħ qalu li jħossuhom komdi joħorġu f’diskoteki basta jiġu segwiti l-protokolli tas-saħħa fosthom l-iġjene u d-distanza soċjali.

“L-ewwel nett illum il-ġurnata qed jiżdiedu, in-numru ta’ nies li jistgħu jkunu flimkien. Nagħmlu temperaturi mal-entrances. Sofa sets kulħadd ikun man-nies tiegħu. Inkunu nistgħu naddfu aktar toilets, sanitizers kullimkien.”

Mistoqsi jekk realistikament dawn il-protokolli jistgħux jiġu mħarsa f’ambjent ta’ divertiment is-Sur Cassar qal li bħalma setturi oħra kienu kreattivi anke l-industrija tad-divertiment tista’ ssib jista’ soluzzjonijiet għal dawn is-sitwazzjonijiet.

“Tisgura mija fil-mija ma jista’ jsir qatt, għalfejn? Dan ilna ngħidu aħna anke mill-awtoritajiet tas-saħħa li l-unika mod li inti tiżgura li wieħed iżomm mal-pariri huwa mill-bniedem stess li jkun responsabli għalhekk xogħlna huwa li nfakkru kontinwament dawn ir-regoli.”

Matthew Degiorgio sid ta’ stabbiliment tad-divertiment qal li huma qegħdin jadattaw in-negozji tagħhom għan-normalità ġdida. Stqarr iżda li l-aħjar triq għall-industrija hi li jsir limitu tan-nies li jistgħu jkunu fl-istabbilimenti fl-istess ħin.

“Jekk eżempju post jesa’ elf ruħ naħseb jista’ jkun hemm kapaċità ta’ 200 u fl-interess ta’ kulħadd li jkun spaced out u jrid ikun hemm l-ammont ta’ sound adegwat għal club għaliex aħna jekk l-awrotitrajiet jgħidulna tistgħu tiftħu iżda bil-longue music, it’s not gonna work. Aħna jew ħa niftħu bħala club jew inkella nħallu n-nies li jiftħu bħala longues ikomplu bil-longues.”

Żied li ma jagħmilx sens li d-diskoteka titħalla topera sal-11 ta’ bil-lejl u li d-deċiżjoni dwar il-futur tal-industrija għandha tkun ċara u konkreta.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Struttura tal-ħadid li se sservi bħala saqaf għall-wieħed miż-żewġ hangers il-ġodda tal-Kumpanija SR Technics f’Ħal Farruġ bħalissa qed tittella’ b’sistema li qed tintuża għall-ewwel darba f’Malta. L-istruttura li hija wiesa…

Qorti

Fil-Qorti, illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ traġiku f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun, li fih tilfet ħajjitha Miriam Pace wara li spiċċat mirduma taħt it-tifrik. Fl-għeluq mill-4 xhur minn meta Miriam Pace tilfet…

Qorti

Guma Mohammed u Yousef Halef Abdel Hamid intbagħtu 4 snin ħabs kull wieħed u ġew ordnati jħallsu multa ta’ €8,691 kull wiehed għad-danni li kienu għamlu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal…

Kronaka

Il-pulizija kkonfermat ma’ TVM li persuna tilfet ħajjitha għall-ħabta tal-05:00 ta’ dalgħodu wara li ħanut fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa nbela’ min-nirien. L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa. Fuq il-post issejħu…

Aktar