Barranin
Studju: Nies imdejqin jinkwetaw iktar fuq l-immigrazzjoni

Studju li sar fil-Ġermanja jindika li nies imdejqin b’ħajjithom għandhom iktar tendenza li jkunu mħassba bl-immigrazzjoni f’pajjiżhom.

L-istudju, li se jkun ippubblikat fil-European Journal of Political Economy, jgħid li l-element ta’ diżappunt (bitterness) fil-ħajja tal-persuni għandu implikazzjonijiet politiċi importanti.

Fil-fatt mill-istudju ħareġ li dawk li jappoġġjaw partiti tal-lemin estrem u partiti popolisti tal-lemin, b’mod ġenerali huma iktar imdejqin b’ħajjithom minn dawk li jappoġġjaw partiti oħra.

Dawk li ma jappoġġjaw l-ebda partit ukoll għandhom tendenza li jkunu mdejqin, iżda xortwa waħda inqas minn dawk li jappoġġjaw lill-partiti tal-lemin estrem.

Dawn it-tendenzi kienu konsisteti f’persuni b’livelli differenti ta’ ħiliet u sigurtà ta’ xogħol, fl-irġiel u fin-nisa, kif ukoll f’postijiet differenti fil-Ġermanja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ismaele La Vardera, ex ġurnalist ta’ 22 sena minn Palermo, kien issorprenda bosta meta ddeċieda joħroġ bħala kandidat għal sindku fl-aħħar elezzjoni tal-Italja, taħt il-kappa tal-partit tal-Lega. La Vardera, tul…

Kurżitajiet

Mużiċist Amerikan li kien qed jipprova jakkwista lift fi Brisbane spiċċa ħa ħafna iktar minn sempliċi vjaġġ b’xejn lejn id-destinazzjoni tiegħu. Scott Hildebrand kien għadu kemm wasal fl-Awstralja mill-Messiku, u…

Barranin

Abigail Rose kienet ferħana se ttir bit-twelid ta’ bintha Aliza Rose iżda wara ftit jiem inqelbet il-folja u l-omm spiċċat tidfen lil bintha. Minkejja t-tbatija u d-diqa kollha, l-omm Amerikana…

Barranin

L-Arabja Sawdija qalet li l-ġurnalist Khashoggi safa’ maqtul. Il-Ministru tal-Affarjiet Barranin Sawdi, Adel al-Jubeir, qal li l-att kien żball kbir u ċaħad li l-prinċep seta’ ordna l-qtil ta’ Khashoggi. L-Arabja…

Aktar