Edukazzjoni
‘Studs iva. Imsielet le’ – il-Ministru Bartolo

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li l-istudenti għandhom jitħallew jilbsu studs għall-iskola iżda mhux imsielet.

Fuq il-midja soċjali, il-Ministru Bartolo qal li d-deċiżjoni tiegħu hija mnebbħa minn xi ġenituri li kellmuh u qalulu li jixtiequ jħallu lil uliedhom jilbsu l-istuds f’widnejhom diġà mtaqqba biex dawn ma jingħalqux.

Il-Ministru qal li m’għandu xejn kontra li l-istudenti jiħallew jilbsu studs li ma jkunux perikolużi għalihom bħalma jistgħu jkunu l-imsielet, waqt li saħaq li m’għandu l-ebda ħsieb li joħloq kunflitti ġodda fl-iskejjel.

Ilbieraħ, id-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Edukattivi bagħtet nota lill-ġenituri tal-istudenti tgħarrafhom li minn din is-sena skolastika ‘l quddiem, l-istudenti kollha bniet u subien huma mitluba ma jilbsu l-ebda tip ta’ msielet bħala miżura għas-saħħa u s-sigurtà tat-tfal stess.

F’reazzjoni għal din iċ-ċirkolari, l-Assoċjazzjoni tal-ġenituri tal-istudenti li jattendu skejjel tal-Gvern qalet li s-saħħa u s-sigurtà nġiebet bħala skuża biex tiġi ġġustifikata d-deċiżjoni mgħaġġla u assurda li ttieħdet li ħadd ma jista’ jilbes imsielet l-iskola. L-Assoċjazzjoni qalet li min għandu widnejh imtaqqba u jispiċċa jneħħi u jilbes ta’ spiss l-imsielet minħabba d-direttiva l-ġdida tal-iskejjel se jkun qiegħed jidħol f’riskju kbir li jlaqqat infezzjoni.

L-Assoċjazzjoni semmiet ukoll li din id-deċiżjoni mhi msemmija mkien fil-policy tal-uniformijiet li ħarġet qabel ma bdiet is-sena skolastika, u għalhekk ħeġġet lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jippermetti lit-tfal jilbsu l-istuds.

Il-kontroversja dwar l-imsielet fl-iskola bdiet il-ġimgħa li għaddiet wara li l-ġenituri ta’ tifel ta’ 12-il sena fil-kulleġġ ta’ Għawdex qalu li binhom kien qed jiġi ddiskriminat għaliex kuntrarju għall-bniet, mhux jitħalla jilbes l-imsielet l-iskola.

Ara wkoll:

Mil-lum lanqas il-bniet ma jistgħu jilbsu msielet għall-iskola

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Sentejn ilu waqa’ għall-vizzju tad-droga għax tilef lill-ommu u sofra minn sfidi mentali, iżda issa ddeċieda li jidħol għall-programm tal-Caritas biex ikun jista’ jerġa’ jgħannaq lil familtu u jgħin persuni…

Lokali

Tabiba Maltija ngħata kariga importanti fi ħdan l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dr Natasha Azzopardi Muscat inħatret bħala Direttur li fost affarijiet oħra se tieħu ħsieb is-servizzi tas-saħħa fl-Ewropa fosthom biex jiżdied…

Edukazzjoni

Ċans ieħor lill-istudenti japplikaw għall-eżamijiet li se jsiru f’Settembru fil-livell intermedjarju u avvanzat. Dan jgħodd għall-istudenti li ma kinux irreġistraw għall-eżamijiet u li kieku ma nqalgħetx il-pandemija kienu jsiru fil-ġimgħat…

Lokali

Ħafna mill-bdiewa qed jilmentaw li ser jibqgħu bil-patata ma’ wiċċhom minħabba nuqqas ta’ domanda mis-suq kemm f’Malta kif ukoll mis-swieq tal-esportazzjoni minħabba li din ukoll intlaqtet mill-Covid-19. Television Malta jinsab…

Aktar