Suarez jibgħat prattikament lill-Ingliżi d-dar

Żewġ gowls tal-attakkant Luis Suarez  bagħat prattikament lill-Ingliżi lejn id-dar hekk kif ikkundannahom għat-tieni telfa konsekuttiva wara dik li ġarrbu kontra t-Taljani s-Sibt li għadda.

Wara li Suarez tefa’ lil Urugwaj fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras fuq kross ta’ Edinson Cavani, l-Ingliżi permezz ta’ Rooney rnexxielhom jiksbu l-gowl ta’ draw fit-tieni taqsima.

Madankollu sitt minuti mit-tmiem Suarez reġa’ tefa’ fix-xibka u ħalla lill-Ingliżi fil-qiegħ tal-klassifika ta’ Grupp D mingħajr ebda punt.

Draw bejn l-Italja u Costa Rica nhar il-Ġimgħa li ġej tkun tfisser li l-Ingilterra huma barra mit-Tazza tad-Dinja 2014.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Aktar minn 1,187,900 każ ta’ coronavirus fid-dinja. L-imwiet bil-Covid-19 qabżu l-64,000. Fl-aħħar 24 siegħa fi Spanja mietu 809 persuni bil-COVID-19 filwaqt li ftit aktar minn 7,000 irriżultaw pożittivi għal virus. B’kollox…

Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

Aktar