Barranin
Suċċess għal probe tan-NASA wara li għaddiet minn ħdejn id-dinja kiesħa Ultima Thule

Il-probe New Horizons tal-Aġenzja Spazjali Amerikana Nasa, ikkonfermat is-suċċess tal-missjoni tagħha meta għaddiet minn maġenb id-dinja kiesħa magħrufa bħala Ultima Thule.

Din l-attività fl-ispazju seħħet mal-4 biljun mil ‘il bogħod mid-dinja, b’dan iwassal għal rekord tal-iktar missjoni spazjali ‘l bogħod fis-sistema solari tagħna. Fil-missjoni nġabret informazzjoni u ritratti li ser jinbagħtu lejn il-bażi fix-xhur li ġejjin.