Lokali
AĠĠORNAT: Il-Malti se jispiċċa mill-MATSEC? – Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jispjega

Is-suġġett tal-Malti offrut bħalissa fl-iskejjel mhux se jkun qed jiġi sostitwit b’sillabu eħfef li jkun addattat ukoll għall-barranin. Dan wara kwistjoni li qamet fuq il-midja soċjali, fejn kien hemm għajdut li s-suġġett tal-Malti kif nafuh bħalissa se jispiċċa.

Kelliem għall-Bord tal-MATSEC ikkonferma ma’ TVM li l-MATSEC intalab joħloq sillabu għal suġġett ġdid; Il-Malti bħala Lingwa Barranija. Dan hekk kif inħass il-bżonn li jkun hemm suġġett tal-Malti li jkun addattat għall-istudenti barranin li jixtiequ jitgħallmu l-lingwa nazzjonali. Dan mingħajr ma jitneħħa jew jinbidel is-sillabu tal-Malti attwali.

Fil-fatt dan joħroġ ċar mis-sit elettroniku tas-sillabi; Learning Outcomes Framework. F’dan is-sit jidhru kemm Il-Malti, kif ukoll Il-Malti Bħala Lingwa Barranija, b’deskrizzjoni dettaljata ta’ dak li huwa mistenni mill-istudent f’kull livell ta’ dawn iż-żewġ suġġetti separati.

Reazzjoni Ministeru għall-Edukazzjoni:

F’reazzjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li l-Malti bħala lingwa barranija diġà qed fis-seħħ u ilu jitħaddem snin. Saħaq li mkien ma ssemma’ li se jitneħħa l-Malti mill-Matsec u tenna li se jżied l-opportunitajiet b’rotot ġodda u ekwi.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna. Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru…

Kultura

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu…

Stejjer Umani

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest…

Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Aktar