Qorti
Suldat u ħuh jinżammu arrestati wara li darbu tifel fl-iskola ta’ Santa Klara f’Pembroke

Alexander Camilleri ta’ 46 sena mill-Gudja li jaħdem suldat mal-Forzi Armati u ħuh Feliciano ta’ 35 sena self employed mill-Furjana  nżammu arrestati wara li kienu akkużati li darbu ħafif adolexxent ta’ 15-il sena fl-Iskola Santa Klara f’Pembroke. Dan wara li l-adolexxent darab lit-tifel ta’ Feliciano, li huwa wkoll in-neputi ta’ Alexander.

Huma kienu akkużati wkoll li ħebbew għal żewġt uffiċjali tal-iskola. Alexander kien akkużat li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq żewġ edukaturi.

Fid-digriet tiegħu l-Maġistrat Joe Mifsud qal li l vjolenza qatt mhi aċċettabbli wisq iżjed fl-iskejjel u li għandu jkun hemm rispett sħiħ għall- edukaturi.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Żewġ edukaturi jindarbu f’argument bejn ġenituri ta’ studenti

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Minn bokka fir-roundabout tal-ajruport inżilna fil-katakombi ta’ Ħal Resqun li għalkemm mhux kbir bħal katakombi oħra li hemm fir-Rabat, għandu l-valur arkeoloġiku tant li ġew preservati meta ftit snin ilu…

Saħħa

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin daħlu fis-seħħ pjan ta’ azzjoni fid-dawl tal-virus COVID19, hekk kif dan kompla jinfirex barra ċ-Ċina u laħaq pajjiżi Ewropej partikolarment l-Italja. Fi stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa intqal li…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela tkellem fuq l-ewwel summit tiegħu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fejn beda jigi diskuss il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li gejjin. F’kollegament fuq One Radio,…

Qorti

Mahdi Mohammed, Libjan ta’ 37 sena qal li ma jistax imur lura lejn il-Libja għax joqtluh. Dan minħabba li kien suldat ta’ Gaddafi. Hu qal dan fil-Qorti, fejn tressaq akkużat…

Aktar