Barranin
Suldati Amerikani midruba wara li sottomarin nukleari Amerikan laqat oġġett mhux identifikat

Iktar minn tnax-il suldat Amerikan indarbu wara li sottomarin nukleari laqat oġġett li ma kienx identifikat waqt li kien qed jinnaviga l-ilmijiet fl-ibħra tan-nofsinhar taċ-Ċina.

Ħmistax-il baħri ġarrbu ġrieħi ħfief meta l-USS Conneciticut ħabat mal-oġġett nhar is-Sibt, bil-kawża tal-ħabta għadha ma kinetx identifikata.

L-inċident kompla jikkonsolida t-tensjonijiet fir-reġjun fejn iċ-Ċina qed tidħol fiż-żona tad-difiża tat-Taiwan.